Eghluq tal-kampanja 'Anzjani u Tfal ghal Xulxin'
pr1251
02/09/2005
L-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità attendiet għall-egħluq tal-kampanja Anzjani u Tfal għal Xulxin, f’’ċerimonja li saret fit-Teatru tar-Residenza San Vinċenz De Paul. F’din iċ-ċerimonja li ġabet magħha wkoll tmiem Skola Sajf ipparteċipaw studenti mill-iskejjel taż-Żurrieq, Tarxien/Sta Lucija u B’Kara. Bosta residenti ta’ San Vincenz De Paul attendew għal din iċ-ċerimonja u numru minnhom ħadu sehem f’attivitàli tellgħu flimkien ma’ numru ta’ studenti.
| Bħala | parti mill-egħluq ta’ din il-kampanja ttellgħet ukoll wirja ġewwa l-foyer tat-Teatru ta’ San Vinċenz, fejn it-tfal u l-anzjani esibew xogħol li għamlu fis-seba’ żjarat tagħhom fir-residenza. |
| Il-Kampanja | Anzjani u Tfal għal Xulxin tnediet fil-15 ta’ Lulju 2005 u saret b’kollaborazzjoni bejn San Vincenz De Paul, id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, 3 Ċentri ta’ Skolasajf: iż-Żurrieq, B’Kara u Tarxien/Sta Lucia u 3 Kunsilli Lokali ta’ B’Kara, Tarxien/Sta Lucia, u ż-Żurrieq. |
| F’kelmtejn | li għamlet l-Onor D’Amato rringrazzjat lil kull min għen biex issir din l-attività, u b’mod specjali lill-protagonisti, lit-tfal u l-anzjani. Hija qalet li l-għan ewlieni ntlaħaq, “L-għan ta’ dan il-programm kien li jqarreb lit-tfal u l-anzjani dejjem aktar lejn xulxin. U ninsab ferm kuntenta li fis-seba’ gimgħat li għaddew irnexxielna noħolqu relazzjoni bejniethom, irnexxielna noħoloq djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet differenti.” |
| L-Onor | D’Amato, qalet li issa qegħdin naħdmu fuq proġett akbar u li ħa jieħu aktar fit-tul. Dan il-proġett ser jibda matul is-sena skolastika li jmiss u ser ikun jismu Adopt a Ward. |
| Hija | qalet li peress li din is-sena hija il-European Year of Citizenship through Education, waħda mill-aspetti ta’ Citizenship Education hija l-involviment fil-komunità, jiġifieri kemm l-għarfien kif ukoll l-involviment dirett fil-bżonnijiet tal-komunità. B’hekk it-tfal irawmu r-responsabiltajiet ċiviċi tagħhom kif ukoll il-caring attitudes. Waqt dan il-programm it-tfal ser ikunu jistgħu jisimgħu fuq l-istorja min-nies li għexuha, kif ukoll jibnu relazzjoni ma’ dawn l-anzjani, ħaġa li m’għadhiex daqshekk komuni fis-soċjetà tal-lum. Min naħa tagħhom l-anzjani jkollhom udjenza żagħżugħa ma’ min jaqsmu l-memorji u l-esperjenzi tagħhom, u jkollhom l-opportunità li jaraw lil dawn it-tfal bħala individwi li jagħtu każ u juru interess fl-anzjani. |
| Fl-eghluq | ta’ din l-attività l-Onor D’Amato qasmet tifkira lill-iskejjel li ppartecipaw bhala rikonoxximent u għarfien tal-ħidma tagħhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946