Left arrow Go Back

Mudell għal bnadi oħra

pr1245
Date Icon 01/09/2005
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li l-proġett li tlesta fil-bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan għandu jitqies bħala mudell li għandu jintuza għal bnadi oħra. Hu qal li fix-xhur li ġejjin mistenni jibda proġett ieħor simili fit-Tramuntana ta’ Malta , f’Buġibba. Hu qal li proġetti bħal dawn kienu meħtieġa jekk ridna li nkomplu ngħollu l-prodott turistiku tagħna.
Il-MinistruZammit Dimech li kien qed jitkellem waqt il-kampanja Clean Up the Seas li sar fil-Ferries f’tas-Sliema, qal li fid-dokument ta’ qabel il-budget “Biex Int Tgħix Aħjar” jingħad li “biex jibqa’ kompetittiv illum, is-settur turistiku għandu bżonn:

·     Enfasi qawwija fuq il-prodott. Fl-aħħar mill-aħħar nistgħu biss inkunu kompetittivi billi niżguraw li pajjiżna ma jibdewx jiddejqu minnu u jibqa’ mimli ħajja u in voga daqs qabel. Dan ifisser li għandhom jiġu żviluppati faċilitajiet turistiċi ġodda bħalma huma bajjiet immaniġjati tajjeb li jitfasslu skond il-kriterju tal-bandiera blu. F’dan is-sens il-proġett li tlesta riċentament fil-Bajja ta’ San Ġorġ għandu jitqies bħala mudell li għandu jintuża bħala mudell għal bnadi oħra;

·     Kwalita’ għolja, li tfisser ukoll li min jiġi f’kuntatt mal-viżitaturi tagħna jagħmlu b’mod korrett u xieraq. Se noqgħdu attenti li x-xufiera tat-taxi u l-karozzini, min jaħdem fis-settur tat-trasport, l-impjegati fl-industrja ta’ l-ospitalita’ u l-oħrajn kollha li jmissu mal-viżitatur tagħna jipprovdu servizz ta’ kwalita’ bi prezz xieraq;

·     Miżuri partikolari li jiżguraw ambjent nadif u san;

·     Avvenimenti regolari li jippromwovu lil Malta bħala esperjenza ta’ min jgħaddi minnha, iktar milli sempliċiment destinazzjoni oħra.”  

Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li l-prodott, il-kwalita’ għolja ta’ servizz li nagħtu, l-ambjent b’saħħtu u nadif kollha jiddependu milli nżommu pajjiżna nadif fuq l-art u fil-baħar. Hu qal li Malta hi mdawwra mill-baħar u li l-baħar kien riżors importanti għall-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna. Hu qal li ridna nżommu mhux biss il-promenades u l-bajjiet indaf iżda anke wiċċ u qiegħ il-baħar.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li konxja mill-importanza ta’ l-indafa għas-settur turistiku l-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta kienet daħlet fi ftehim sew biex ikun hemm knis ta’ toroq aktar spiss f’lokalitajiet turistiċi kif ukoll għall-ħasil ta’ promenades.
Il-MinistruZammit Dimech qal li permezz tat-Taqsima tat-Tindif tax-Xtajtiet, ix-xtajtiet frekwentati għall-għawm kienu jitnaddfu kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd u kienu jitnaddfu wkoll regolarment il-bins filwaqt li t-taqsima kienet tagħmel ukoll xogħol ta’ manutenzjoni fuq slielem u railings.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u KIultura qal li taqsima oħra fi ħdan il-Ministeru tiegħu kienet l-Oil Pollution Response Unit li kienet torganizza l-Clean Up the Seas Campaigns biex tagħmel lill-poplu aktar konxju mill-ħtieġa li l-baħar jinżamm nadif u ma jintużax bħala reċipjent ta’ l-iskart. Hu qal li din it-taqsima kienet tieħu ħsieb li tnaddaf wiċċ il-baħar minn skart li jintrema’ jew li jidħol mal-mewġ. Hu qal li din it-taqsima kienet ukoll ippreparata f’każ ta’ tniġġiż minn   żjut.
Il-MinistruZammit Dimech qal li l-ibħra madwarna kienu sors ta’ għejxien għal eluf ta’ ħaddiema Maltin u għalhekk appella biex dak li ma rridux ma nitfgħuhx fil-baħar. Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-baħar madwarna ried jinżamm nadif daqskemm inżommu t-toroq u l-kampanja ta’ pajjiżna u li kulħadd kien fid-dmir jikkontribwixxi biex dan iseħħ.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow