L-EBDA LOK TA’ ALLARM DWAR IT-TIXRID TA’ L-AVIAN INFLUENZA F’MALTA
pr1238
01/09/2005
| Fid-dawl | tax-xniegħat dwar il-marda ta’ l-Avian Influenza jrid ikun riaffermat li m’hemm l-ebda lok ta’ allarm ta’ Avian Influenza fit-tjur u l-għasafar fil-gżejjer Maltin. Bħalma kien iddikjarat fi tmiem laqgħa ta’ esperti mill-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea li saret il-gimgħa l-ohra, ir-riskji li l-marda tolqot lill-pajjiżna huma minimi iżda xorta waħda l-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qiegħed jieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa. |
| Barra | minn hekk, f’każ li tfaqqa’ l-marda ta’ l-Avian Influenza f’pajjiżna, Malta għandha pjan ta’ kontinġenza li ġie approvat mill-Kummissjoni Ewropea. |
| Dan | intqal minn uffiċjali tad-Diviżjoni ta’ l-Ikel u l-Attività Veterinarja fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li matulha ngħataw dettalji dwar il-marda ta’ l-Avian Influenza u kif Malta hija mħejjija għaliha. |
| Is-Segretarju | Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent Philip von Brockdorff appella biex ħadd ma joħloq allarm bla bżonn u qal li dan jista’ jkun ta’ dannu kbir għall-industrija importanti tat-tjur f’pajjiżna. |
| Id-Direttur | fid-Diviżjoni ta’ l-Ikel u l-Attività Veterinarja Mireille Vella qalet li l-marda ta’ l-Avian Influenza m’hijiex preżenti f’Malta u r-riskju li din il-marda tidħol f’pajjiżna huwa minimu. Hi enfasizzat ukoll li l-Avian Influenza ma tinxteridx mill-ikel. |
| Waqt | il-konferenza ta’ l-aħbarijiet intqal li fost il-miżuri li qegħdin jiġu nfurzati hemm kontrolli akbar fil-portijiet u l-ajruport ta’ Malta biex, f’kollaborazzjoni mad-Dwana, kull moviment suspettat jiġi vverifikat b’mod immedjat mill-uffiċjali tad-Diviżjoni. Qed isiru wkoll spezzjonijiet kontinwi fuq l-irziezet kollha tat-tjur flimkien mat-taqsima ta’ l-Administrative Law Enforcement tal-Pulizija. |
| Għasafar | li jidħlu minn pajjizi li m’humiex membri ta’ l-Unjoni Ewropea qed jinżammu fi kwarantina approvata mill-istess Diviżjoni skond ir-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea u qed isirulhom testijiet kemm għall-Avian Influenza kif ukoll għall-marda tan-Newcastle. Kull razzett tat-tjur huwa rreġistrat mad-Diviżjoni u ma jistax isir ċaqliq tat-tjur minn razzett għall-ieħor mingħajr il-permess ta’ din id-Diviżjoni. Il-lista ta’ l-irziezet u ċ-ċaqliq li jsir huma mdaħħla f’database nazzjonali. |
| Ta’ | min jgħid li l-Avian Influenza hija marda kompletament differenti minn dik imsejħa Pandemic Influenza. Filwaqt li l-Avian Influenza hija marda ta’ l-għasafar u t-tjur li f’każijiet eċċezzjonali tista’ tiġi trażmessa lill-bniedem, il-Pandemic Influenza hija marda li ssibha fil-bniedem biss. |
| Biex | għasfur jieħu l-marda ta’ l-Avian Influenza minn għasfur ieħor infettat irid ikun hemm kuntatt dirett u mill-qrib bejn għasfur u ieħor. Biex il-marda tgħaddi minn għasfur għall-bniedem ukoll irid ikun hemm ukoll kuntatt mill-qrib u dirett. |
| Ir-riskju | li kaċċaturi u nassaba jieħdu l-virus ta’ din il-marda huwa minimu, peress li skond kif ġie kkwotat f’rapport maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea l-migrazzjoni mis-Siberja fix-xitwa sseħħ lejn il-lvant u x-xlokk ta’ l-Asja u mhux lejn il-Mediterran. |
| Fil-pjan | ta’ sorveljanza li sar is-sena li għaddiet, kif approvat mill-Kummissjoni Ewropea, ittieħdu numru ta’ kampjuni tad-demm tat-tjur mill-irziezet kollha f’Malta u dawn irriżultaw kollha fin-negattiv. Dan l-eżerċizzju ser jiġi ripetut bejn Settembru u Diċembru ta’ din is-sena. |
| Il-produtturi | tat-tjur ġew imfakkra x’inhuma s-sintomi tal-marda ta’ l-avian influenza u ngħataw struzzjonijiet biex jirrappurtaw kull suspett li jista’ jkollhom. |
| Intant, | bħala parti mill-mizuri ta’ prekawzjoni għall-marda ta’ l-Avian Influenza twaqqaf numru ta’ emerġenza, attiv 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-gimgħa. In-numru huwa 7903 3044. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946