Left arrow Mur Lura

Stqarrija konġjunta mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Qbil dwar il-ħtieġa ta’ korsi għall-golf biex isostnu s-settur turistiku Malti

pr1237
Date Icon 31/08/2005
Il-Ministerugħat-Turiżmu u l-Kultura u l-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jinnotaw b’mod pożittiv dak li kiteb il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni f’ It-Torċa ta’ nhar il-Ħadd, li “Nemmen li Malta għandha bżonn tliet golf courses, biex inkunu nistgħu nissodisfaw it-turiżmu”.
Huwankoraġġanti li l-Gvern u l-Oppożizzjoni jaqblu fuq dan l-iżvilupp tant importanti għax iservi biex jgħolli l-valur ta’ pajjiżna bħala destinazzjoni turistika u li tiġbed lejha turisti ta’ l-ogħla kwalita’.
Il-Gvernjinnota wkoll li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni kiteb li “L-għażla ta’ fejn jinbena golf course trid issir b’mod strateġiku”.   Dan hu dak li qed jagħmel il-Gvern li qed jimxi bi proċess strateġiku li beda billi l-MEPA ntalbet tagħmel lista ta’ siti li fihom tista’ ssir il-golf course.
Il-Gvernħalla f’idejn l-Awtoritajiet kompetenti u responsabbli, biex ifasslu l-aħjar proposti li jagħtu każ ta’ l-aspetti ambjentali u ekoloġiċi.  Ta’ min ifakkar li fi żmien il-Gvern immexxi mill-Partit Laburista ta’ l-1996, Dr. Alfred Sant bħala Prim Ministru ma kienx qabbad lill-MEPA, iżda qabad u ħatar kumitat hu stess, biex jagħżel is-siti għall-iżvilupp ta’ golf course.
Il-Gvernjinnota wkoll il-proposta tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni meta kiteb li l-inħawi ta’ Pembroke għandhom jitqiesu bħala sit adattat għall-golf course.  Is-sit ta’ Pembroke huwa skedat fl-ogħla livell, u allura mħares mil-liġi ta’ l-ippjanar; filwaqt li s-sit propost tax-Xagħra l-Ħamra mhuwiex skedat.  Dan minbarra li s-sit tax-Xagħra l-Ħamra jagħti wkoll il-vantaġġ li filwaqt li ssir il-golf course, tinħoloq ukoll sitwazzjoni li minnha jgawdi wkoll l-ambjent tal-madwar.  Il-Gvern qabbad lill-MEPA biex tħejji rapport ta’ l-aħjar siti fejn tista’ ssir golf course u kull deċiżjoni li tittieħed se tkun ibbażata fuq dak l-istudju.
Il-proċesskollu huwa dak stabbilit mil-liġi u huwa wieħed miftuħ u trasparenti, filwaqt li jagħti wkoll importanza lill-konsultazzjoni pubblika.  Il-Gvern jerġa’ jtenni l-impenn u l-assigurazzjoni tiegħu li l-proċess kollu li għandu jwassal għall-għażla tas-sit se jkun wieħed pubbliku u li jirrispetta l-obbligi kollha kif stabbiliti mil-liġi.
Il-Gvernirid għal darb’oħra jassigura li mhu se jagħmel ebda tagħwiġ ta’ regolamenti fit-twettiq ta’ din il-proposta, iżda fl-istess waqt irid jirriafferma l-impenn li jara li fi żmien raġjonevoli, pajjiżna wkoll ikollu attrazzjoni oħra x’joffri, li għandha tkompli żżid il-kompetittivita’ tad-destinazzjoni Malta .
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow