Emendi għal-liġi ta’ l-Eko Kontribuzzjoni
pr1234
31/08/2005
| Fi | sforz biex ikompli jonqos l-abbuż u b’hekk ikun assigurat l-effettività tal-liġi dwar l-Eko Kontribuzzjoni, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ser jippubblika emendi li se jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Settembru, 2005. |
| Il-qofol | ta’ dawn l-emendi jinkludi li minn issa, il-basktijiet tal-plastik ta’ kull daqs, ser ikollhom Eko Kontribuzzjoni ta’ 6 ċenteżmi. Dan se jwassal biex jinqata’ l-abbuż ta’ użu ta’ basktijiet tal-plastik ta’ daqsijiet żgħar. |
| Barra | minn hekk, il-basktijiet tal-plastik bio-degradabbli jridu jkunu konformi ma’ l-istandards stabbiliti fir-Regolamenti biex ikunu eżenti mill-Eko Kontribuzzjoni. |
| Il-Ministeru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent irid jieħu din l-opportunità biex juri l-apprezzament tiegħu għar-rispons tal-pubbliku li wassal biex kien reġistrat tnaqqis konsiderevoli fil-kwantità ta’ basktijiet tal-plastik li tpoġġew fis-suq Malti fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena. Il-Ministeru jrid jirriafferma l-impenn tal-Gvern li jassigura li dawn ir-Regolamenti jilħqu l-għan li l-poplu jkun imħeġġeġ juża materjal alternattiv ġħall-plastik u li ma jagħmilx ħsara għall-ambjent. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946