Left arrow Go Back

Emendi għal-liġi ta’ l-Eko Kontribuzzjoni

pr1234
Date Icon 31/08/2005
Fisforz biex ikompli jonqos l-abbuż u b’hekk ikun assigurat l-effettività tal-liġi dwar l-Eko Kontribuzzjoni, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ser jippubblika emendi li se jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Settembru, 2005.
Il-qofolta’ dawn l-emendi jinkludi li minn issa, il-basktijiet tal-plastik ta’ kull daqs, ser ikollhom Eko Kontribuzzjoni ta’ 6 ċenteżmi.  Dan se jwassal biex jinqata’ l-abbuż ta’ użu ta’ basktijiet tal-plastik ta’ daqsijiet żgħar.
Barraminn hekk, il-basktijiet tal-plastik bio-degradabbli jridu jkunu konformi ma’ l-istandards stabbiliti fir-Regolamenti biex ikunu eżenti mill-Eko Kontribuzzjoni.
Il-Ministerugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent irid jieħu din l-opportunità biex juri l-apprezzament tiegħu għar-rispons tal-pubbliku li wassal biex kien reġistrat tnaqqis konsiderevoli fil-kwantità ta’ basktijiet tal-plastik li tpoġġew fis-suq Malti fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena.  Il-Ministeru jrid jirriafferma l-impenn tal-Gvern li jassigura li dawn ir-Regolamenti jilħqu l-għan li l-poplu jkun imħeġġeġ juża materjal alternattiv ġħall-plastik u li ma jagħmilx ħsara għall-ambjent.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow