Left arrow Mur Lura

Appell lill-gwardjani biex ikun żgurat li r-Regolamenti ġodda dwar ’littering’ u ’dumping’ jilħqu l-għan tagħhom

pr1233
Date Icon 31/08/2005
Il-MinistruGeorge Pullicino appella lill-gwardjani li se jkunu qed jinfurzaw ir-regolamenti l-ġodda dwar littering u dumping biex jużaw diskrezzjoni u għaqal biex ikun żgurat li jintlaħaq l-għan ewlieni ta’ dawn ir-Regolamenti – dak li tinqered il-pjaga ta’ min jarmi barra u żgur li mhux l-intenzjoni li ssir xi gwerra kontra persuni individwali.
GeorgePullicino qal li l-għodda ta’ l-edukazzjoni  hija importanti biex ikun żgurat li nwasslu l-messaġġ li l-għan ewlieni hu li jkollna pajjiż aħjar u aktar nadif għalina u għall-ġenerazzjonijiet futuri tagħna.  Dan hu l-iskop ewlieni ta’ dawn il-korsijiet ta’ taħriġ li għandhom iwasslu biex il-gwardjani jkunu preparati kif jixraq biex jinfurzaw dawn ir-regolamenti.
Il-Ministrugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino qal dan meta kien qed jindirizza sessjoni ta’ taħriġ lill-wardens li se jkunu qed jinfurzaw ir-Regolamenti ġodda dwar littering u dumping.  Dan peress li dawn ir-Regolamenti se jwasslu biex jinbidlu u jiġu aġġornati numru ta’ liġijiet biex jippermettu t-tħaddim tagħhom.  Waħda mill-bidliet ewlenin se tkun propju l-introduzzjoni ta’ gwardjani pajżana li se jkollhom responsabbiltà fuq l-infurzar ta’ dawn ir-regolamenti.
Il-MinistruPullicino qal li r-responsabbiltà aħħarija għat-tħaddim ta’ dawn ir-regolamenti hija tal-Kunsilli u permezz ta’ dawn ir-Regolamenti l-Gvern qed jipprovdi għodda għat-twettiq tagħhom.  Hu fakkar li l-Gvern qiegħed iżomm id-dritt li jwettaq l-infurzar fiż-żoni kollha Maltin u Għawdxin, madanakollu l-ħsieb huwa li l-ħidma tal-Gvern tiffoka l-aktar fuq żoni rurali u ta’ sbuħija naturali, bajjiet u siti storiċi.
Hutenna li Kunsilli li jinħassu li mhux qegħdin jinfurzaw biżżejjed jew li jagħżlu li ma jipparteċipawx se jkollhom iż-żoni tagħhom infurzati mill-MEPA.

L-Onor. Pullicino fakkar kif il-Gvern qed jagħmel il-parti tiegħu wkoll.  Hu qal li bdiet kampanja ta’ informazzjoni li se tintensifika ruħha fil-jiem li ġejjin u ħarġet ukoll is-sejħa għall-proposti biex tiġi mibnija u miżmuma infrastruttura ta’ litterbins biex jiffaċilitaw kif wieħed jiddisponi mill-iskart tiegħu.  Din is-sejħa diġà kienet pubblikata fil-mezzi tax-xandir lokali.  

Huqal li bħalma tħabbar fil-jiem li għaddew, ser jitwaqqaf kumitat ta’ sorveljanza biex jifli t-tħaddim tas-sistema u fejn hemm lok ta’ titjib fit-tħaddim tar-regolamenti dan isir ukoll.
Il-MinistruGeorge Pullicino qal li b’dawn ir-regolamenti l-Gvern jaf li mhux se jġib kollox perfett mil-lum għal għada pero’ fl-istess waqt il-Gvern hu determinat li jibqa’ jipprovdi l-għodda biex pajjiżna jkollu l-infrastruttura f’postha biex tabilħaqq il-poplu jkun jista’ jgħix aħjar.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow