Left arrow Mur Lura

FL-IMGĦODDI MA’ L-ANZJANI

pr1232
Date Icon 30/08/2005

L-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`  illum attendiet għal “Fl-Imgħoddi ma’ l-Anzjani”, kunċert li ttella’ fit-teatru tar-Residenza San Vincenz De Paul.  F’dan il-kunċert, li ġie organizzat fuq inizjattiva tal-kantant popolari Malti Mike Spiteri, ipparteċipaw numru ta’ kantanti lokali fosthom William Mangion, Debby Scerri u Augusto Cardinale.  Joe id-Dulli u Veronica kif ukoll il-Magician Noel D’Amato ħadu wkoll hsieb jallegraw l-anzjani li attendew għall-kunċert ippreżentat minn Giannella Busuttil.  

F’kelmtejnli għamlet, l-Onor D’Amato rringrazjat lil Mike Spiteri li ħadem bi sħiħ biex tittellgħa din l-attivita`, kif ukoll lid-diversi kantanti li pparteċipaw. Hija qalet ‘‘dan huwa għan nobbli u eżempju ċar ta’ solidarjeta`.  Is-serata tal-lum hija waħda pjaċevoli u jiena ċerta li llum intom għamiltu differenza fil-ħajja ta’ dawn l-anzjani li hawn preżenti.”
Hijaappellat lill-anzjani biex jattendu għad-diversi attivitajiet li jiġu organizzati ta’ sikwit għalihom f’din ir-residenza, biex huma jżommu ruħhom attivi u jħossu li għad għandhom posthom fis-socjeta`, biex b’hekk jgħixu ħajja ta’ kwalita`. Hija kompliet tgħid li “għalkemm il-priorita` tal-ħidma tagħna hija dik li tingħata l-aqwa kura lill-anzjani, irridu wkoll nassiguraw li r-residenti jkomplu jgawdu l-ħajja socjali tagħhom b’rispett u dinjita`.”

L-Onor. D’Amato appellat lil dawk kollha li jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom permezz tat-talenti tagħhom, biex jieħdu l-inizjattiva u b’hekk inkunu qed nuru l-apprezzament tagħna lkoll lejn l-anzjani u lejn il-kontribut li huma taw fis-snin l-imgħoddija.  

Fil-kummenti tiegħu, Mike Spiteri qal: “Ħassejt il-ħtieġa li norganizza dan il-kunċert biex jiena wkoll nagħti l-kontribut tiegħi lil dawn l-anzjani; ridt ukoll naqsam il-mużika tiegħi magħhom. L-anzjani llum kellhom l-opportunita` jattendu għal attivita` differenti minn dawk tas-soltu; xtaqt noffrilhom xi ħaġa differenti li jibqgħu jiftakru. Dan il-kunċert huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’din ir-residenza iżda żgur mhux ser ikun l-aħħar.”

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow