ERISPOSTA KONĠUNTA MILL-MINISTERU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN U L-MINISTERU GĦAL INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA’ L-INFORMAZZJONI GĦAL STQARRIJIET TA’ L-OPPOŻIZZJONI DWAR XIRI TAŻ-ŻJUT MILL-LIBJA
pr1226
27/08/2005
| Il-Gvern jirreferi għall-istqarrijiet | tal-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni Leo Brincat dwar dak li hu jsejjaħlu offerta’ tal-Gvern Libjan li jsiru taħdidiet dwar bejgħ lil Malta ta’ żjut mil-Libja. |
| F’intervista li ta lil gazzetta il-mument | ta’ nhar il-Hadd li għadda, l-Ambaxxatur Libjan għal Malta kien ikkwotat li qal “….jekk Malta tixtieq li terġa’ tqajjem dan (b'riferenza għax-xiri ta' żejt mil-Libja b'rata preferenzjali), l-Ambaxxatur El-Shelmani tenna li l-affarijiet ma’ Malta dejjem kienu miftuħin ghad-diskussjoni". |
| Fid-dawl ta’ dan, | il-Gvern huwa lest jikkonsidra kull offerta kummerċjali li ssirlu għall-prodotti li jixtri bħal ma hu ż-żejt. Dan għandu jsir fil-qafas ta’ diskussjonijiet kontinwi bejn iż-żewg pajjiżi. |
| Kuntrarjament għal dak li donnu qed jallega l-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni | l-Onor Leo Brincat, xiri taż-żjut minn barra s-swieq kummerċjali m’hux neċessarjament ifisser li f’kull ħin u f’kull ċirkostanza jkun l-orħos għażla jew l-aktar għażla li taqbel ghall-interess nazzjonali. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946