Attivita’ miż-żgħażagħ favur għaqdiet filantropiċi
pr1222
26/08/2005
| Fil-parkeġġ | tar-Razzett tal-Ħbiberija f’Marsaskala ġie nawgurat il-festival ‘Heart of Gold’ li d-dħul mill-biljetti għalih, mill-album tad-diski li ġie rrekordjat mill-kantanti li qed jieħdu sehem fil-festival, u mill-bejgħ mill-istands, se jmur għall-erbatax-il dar residenzjali tal-Knisja u għar-Razzett tal-Ħbiberija. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech inawgura din l-attivita’ filantropika li qed tiġi organizzata mill-Young Talent Team bil-parteċipazzjoni ta’ kantanti, kumpaniji taż-żfin u live band, kif ukoll artisti u DJs barranin. |
| Il-Ministru | Francis Zammit Dimech feraħ lil Young Talent Team għal din l-inizjattiva tagħhom li kienet qed isir għal skop filantropiku b’risq mijiet ta’ tfal fid-djar residenzjali tal-Knisja u persuni b’diżabilitra’ li jattendu r-Razzett tal-Ħbiberija. |
| “Din | il-ħidma miż-żgħażagħ hi ta’ min jappoġaha għaliex turi fil-prattika li ż-żgħażagħ Maltin jagħtu każ tal-ħtiġiet ta’ żgħażagħ bi ħtiġijiet differenti tant li lesti li ma jeħdux il-vakanzi tagħhom biex jagħtu ħinhom ħalli jnaqqsu mit-tbatijiet ta’ ħaddieħor,” qal il-Ministru Zammit Dimech. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li ried jirringrazzja wkoll lil dawk il-kantanti li ħadu l-inizjattiva li jirrekordjaw il-kanzunetta ‘Heart of Gold’ li d-dħul minnha qed imur ukoll għad-djar tal-Knisja u għar-Razzett tal-Ħbiberija. Hu qal li inizjattivi ta’ dan it-tip jikkontribwixxu biex ixerdu tbissima fejn m’hemmx. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li attivitajiet bħal dawn kienu jenħtieġu l-fondi u għalhekk xtaq jirringrazzja lid-diversi sponsors, fosthom lill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, għall-appoġġ finanzjarju tagħhom. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura awgura lill-Young Talent Team kull suċċess fl-inizjattiva tagħhom u li jkun hemm aktar għaqdiet li jieħdu inizjattivi simili favur dawk bi bżonnijiet differenti. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946