IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO IŻUR IL-VALLETTA WATERFRONT
pr1216
25/08/2005
| “Il-Valletta Waterfront huwa | determinat li jkun ċentru kummerċjali fejn kull imprenditur huwa marbut li jbiegħ u jippromovi prodotti ta’ l-artiġjanat Malti. Din id-determinazzjoni għandna tkun ta’ eżempju għal negozji li huma ferm iżgħar.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, waqt żjara li għamel fl-imħażen restawrati li issa jiffurmaw parti mill-Valletta Waterfront, fejn huwa żar il-ħwienet ġodda li fetħu u li għad iridu jiftħu f’din iż-żona. Waqt iż-żjara, huwa kien imdawwar mal-proġett mis-Sur Chris Falzon, li huwa ċ-Chief Executive Officer u mis-Sur Chris Paris , li huwa Manager Operations tal-proġett. |
| Is-Segretarju Parlamentari Vassallo faħħar l-inizjattiva tas-sidien | ta’ dan il-proġett, li wara investiment kapitali qawwi, qegħdin jagħtu l-opportunita` lil ħwienet, kemm kbar u zgħar, biex ikunu jistgħu joperaw minn dan iċ-ċentru turistiku u kummerċjali. Mhux talli hekk, iżda s-sidien tal-proġett qegħdin jingħataw l-opportunita` li jippromwovu u jbiegħu prodotti ta’ Artiġjanat Malti. L-Onor. Edwin Vassallo faħħar l-inizjattiva ta’ dan il-proġett, għaliex iżjed ma jinbiegħu prodotti Maltin f’suq Malti, u dan jgħodd ghal kull settur ta’ produzzjoni, iżjed inkunu qegħdin ngħinu biex f’pajjiżna noħolqu l-valur miżjud li nixtiequ li jkollna. |
| “Iżjed | ma n-negozji tagħna Maltin u Għawdxin jbiegħu prodotti Maltin, iżjed jgħinu biex negozji oħra jkun suċċess li nawguraw li jkunu. Hekk inkunu qed insostnu l-istess suq lokali tagħna. Fuq kollox, għat-turisti li jiġu jżuruna, jkun jagħmel aktar sens li jixtru prodott ta’ artiġjanat Malti, milli kieku jixtru prodotti ta’ pajjiżi oħra bħala tifkira ta’ pajjiżna. Għall-konsumatur Malti jagħmel sens ukoll li jagħżel li jixtri prodotti Maltin. Post bħal dan, li huwa tant marbut mal-kultura u ġrajjiet ta’ pajjiżna, ser ikun qiegħed jippromwovi u joffri għall-bejgħ prodotti ta’ l-artiġjanat Malti. |
| “Jiena | nixtieq li nara ħwienet oħra li jiddeċiedu li jbiegħu prodotti ta’ l-artiġjanat Malti, kif ukoll nixtieq li nara aktar artiġjani joħolqu disinji ġodda ta’ artiġjanat Malti. Dan il-proġett ser ikun qiegħed ukoll isaħħaħ l-imprenditorija f’pajjiżna, fejn imprendituri Maltin diġa’ wrew interess kbir li jiftħu ħanut tagħhom hawnhekk. Għalkemm il-kompetittivita` f’pajjiżna dejjem qiegħda tiżdied, qegħdin jiżdiedu wkoll l-opportunitajiet, u qegħdin jinħolqu swieq ġodda fejn ikunu jistgħu jaħdmu l-imprendituri tagħna.” |
| Wara | l-Onor. Vassallo, tkellem ukoll is-Sur Chris Falzon li qal li “ll-Valletta Waterfront huwa proġett b’impenn, li ser ikompli jgħix fil-ġejjieni bħala xhieda tal-passat. Dan huwa ċentru kummerċjali li għalkemm modern, ser jgħin lill-ġenerazzjonijiet tal-lum u tal-futur igawdu l-arkitettura li teħodna lura sa żmien il-Kavallieri. Dan il-post minn dejjem kien ċentru ta’ kummerċ u issa qegħdin nerġgħu nagħtuh il-ħajja. |
| In-negozji | f’dan il-proġett huma marbutin li jkunu negozji li joħolqu l-valur miżjud. Aħna lkoll f’dan il-proġett marbutin li noffru servizz b’innovazzjoni. Irridu nkunu differenti u mhux nidduplikaw dak li diġa’ jeżisti, għalhekk tkun ħaġa siewja li noffru għall-bejgħ u nippromwovu l-Artiġjanat Malti. U f’dan il-bini l-artiġjanat Malti ser ikun jixraq u jidher isbaħ, u dan il-proġett ser ikun vetrina mill-isbaħ għall-artiġjanat Malti.” |
| Is-Segretarju | Parlamentari Edwin Vassallo żar il-ħwienet li diġa’ nfetħu. Huwa awgura suċċess lil dawk li ltaqa’ magħhom u wiegħed li ser jara kif l-Artiġjanat Malti jieħu l-aktar li jista’ biex naraw f’pajjiżna t-tisħieħ ta’ l-artiġjanat Malti u Għawdxi, kif ukoll tissaħħaħ l-imprenditorija f’Malta. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946