RISPOSTA mill-ministeru għall-kompetittivita’ u komunikazzjoni għall-istqarrija maħruġa mill-Federazzjoni ta’ l-Industrija
pr1215
23/08/2005
| Il-proċess | ta’ sejħa għall-interess għall-immaniġġjar tal-merkanzija fil-port li nbeda riċentement hu maħsub biex jassigura li l-attivita’ fil-port issir b’mod iktar effiċjenti milli hi llum, u fl-istess ħin biex l-ispejjeż għall-industrija u dawk kollha li jimportaw prodotti f’Malta jonqsu kemm jista’ jkun. |
| Għaldaqstant, | filwaqt li wieħed jifhem ir-reazzjoni tal-F.O.I. għall-kummenti li saru minn xi operaturi interessati, fl-istess ħin il-Ministeru jixtieq jassigura li mhux ser jiskarta mir-responsabbilitajiet tiegħu f’dan il-qasam. |
| Minbarra | hekk, il-Ministeru, filwaqt li qed jara sew, flimkien ma’ l-Awtorita’ Marittima, liema huma dawk it-tariffi li jistgħu jonqsu jew jitneħħew, jappella lil dawk kollha interessati li jipprovdu s-servizz ta’ l-immaniġġjar tal-merkanzija (cargo handling), biex iħejju proposti li jirriflettu l-ħtiġijiet ta’ l-industrija Maltija, kif ukoll li jieħdu in konsiderazzjoni l-fatt li l-ġarr tal-merkanzija bil-baħar, fil-Mediterran għandu jiżdied sew fis-snin li ġejjin. |
| Għal | dan il-għan f’kull proposta li ser tiġi sottomessa għandha tara li mhux biss ikun hemm żieda fl-effiċjenza iżda ukoll li s-servizz jingħata bl-irħas prezzijiet possibbli. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946