IL-PUBBLIKU JINGĦATA OPPORTUNITÀ BIEX JGĦIN FIT-TNAQQIS TA’ L-EMISSJONIJIET EĊĊESSIVI
pr1214
23/08/2005
| Għalkemm | diġà hemm mekkaniżmi biex jiġi żgurat li l-vetturi fit-triq ma jkunux kawża ta’ tniġġiż żejjed ta’ l-arja, din ir-responsabbilità m’għandhiex tkun biss ta’ l-awtoritajiet, iżda anke tal-pubbliku. |
| Waqt | it-tnedija ta’ l-iniżjattiva SMS 4 Clean Air mill-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta, il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, Jesmond Mugliett qal li t-tnaqqis tat-tniġġiż ta’ l-arja hija materja ta’ prijorità minħabba li din iġġib titjib fis-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tal-poplu. |
| F’indirizz | lill-ġurnalisti, il-Ministru Mugliett spjega li l-gassijiet li joħorġu mal-exhaust tal-karozzi għandhom effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem. Fost affarijiet oħra dawn l-emissjonijiet jistgħu jżidu ċ-ċans għall-kanċer, jnaqqsu l-funzjoni polmonari tat-tfal, jikkawżaw jew iżidu l-mard respiratorju u saħansitra jikkawżaw il-mewt ta’ min għandu mard tal-pulmun jew tal-qalb. |
| “Id-dħaħen | jistgħu jitnaqqsu b’ erba’ modi: billi nnaqqsu t-tul tal-vjaġġi bil-vetturi, billi nnaqqsu l-bżonn li jintużaw il-vetturi, billi niżguraw li l-vetturi ikunu fi stat ta’ żamma tajjeb u billi nużaw vetturi li jħammġu anqas.” |
| “Kunċetti | ta’ trasport ġodda bħall-proġett tal-Park-and-Ride għall-Belt u l-Furjana għandhom propju l-għan li jnaqqsu t-tul tal-vjaġġi bil-karozzi u jnaqqsu l-bżonn li tintuża l-karozza. Dan peress li parti mit-traġitt lejn il-Furjana jew il-Belt ser tkun qed issir b’mezz ta’ trasport pubbliku li jaħdem bl-elettriku,” qal il-Ministru. |
| Hu | qal ukoll li l-Gvern qed iħares lejn il-possibilità li jaġevola l-importazzjoni ta’ vetturi elettriċi, hybrid, jew li jaħdmu bi fuel alternattiv li jħammeġ anqas. |
| Il-Ministru | Mugliett stqarr ukoll li r-riforma tat-trasport pubbliku wkoll għandha l-għan li tnaqqas il-bżonn li dak li jkun juża l-vettura privata tiegħu biex jasal minn post għall-ieħor. |
| “L-għan | ewlieni tar-riforma radikali tas-sistema tat-trasport pubbliku bi skeda, li qed nisħqu tant dwarha f’dawn il-jiem, huwa propju li s-servizz jsir wieħed li jaqdi verament il-bżonnijiet tal-pubbliku u jsir alternattiva valida għall-użu tal-karozza.” |
| Il-Ministru | għall-Iżvilupp Urban u Toroq qal li l-Gvern waqqaf il-Kumitat għat-Trasport, is-Saħħa u l-Ambjent magħmul mid-Diviżjoni tas-Saħħa, il-MEPA u l-ADT. Dan il-kumitat għandu l-għan li jxejjen l-effetti negattivi tat-trasport - bħat-tniġġiż ta’ l-arja - billi jintegra l-aspetti ta’ ambjent u saħħa fil-politika dwar it-trasport. |
| Il-Ministru | Mugliett żied jgħid li t-testijiet tal-VRT kif ukoll il-ħidma tal-Vehicle Inspectorate Unit tal-ADT qed jgħinu mhux ftit biex vetturi li jdaħħnu wisq jiġu individwati u ma jitħallewx jiċċirkolaw fit-triq qabel jissewwew. Jidher iżda, li dan mhux biżżejjed. |
| “Minn | meta beda jopera l-Vehicle Inspectorate Unit f’Ottubru 2004 qed jiġu spezzjonati mat-80 vettura fix-xahar. Iżda minn dawn it-80 qed ikun hemm biss medja ta’ żewġ vetturi fix-xahar li jfallu mill-ispezzjoni ta’ l-emissjonijiet u jingħataw multa. Barraminhekk, in-numru ta’ rapporti li jidħlu mill-pubbliku dwar karozzi li jkunu qed idaħħnu ż-żejjed huwa bil-wisq aktar minn hekk,” qal il-Ministru. |
| “S’issa, | meta xi membru tal-pubbliku kien jara xi vettura ddaħħan, seta biss jgħatti mnifsejh u jgerger. SMS 4 Clean Air hija għalhekk l-opportunità li ħafna kienu qed jistennew biex inaqqsu it-tniġġiż ta’ l-arja b’mod attiv,” temm jgħid il-Ministru Mugliett. |
| Bis-servizz | SMS 4 Clean Air il-pubbliku jista’ jibgħat SMS bin-numru ta’ reġistrazzjoni li tkun qed iddaħħan iż-żejjed fuq 5061 1899. L-ADT imbagħad tibgħat ittra lis-sid tal-karozza rrappurtata biex itella’ l-vettura għal spezzjoni fid-Direttorat tal-Liċenzji u Ttestjar fi żmien tliet ijiem fejn din tiġi ttestjata b’apparat apposta. Jekk jinstab li l-vettura għandha emissjonijiet eċċessivi tinħareġ multa u s-sid jintalab isewwi l-vettura u jerġa’ jtellagħha għal test ieħor fi żmien tliet ijiem. Is-servizz jista’ jitħaddem minn kwalunkwa telefon ċellulari f’Malta. Kull SMS jiswa 2 ċenteżmi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946