Left arrow Mur Lura

IL-GVERN DEĊIŻ LI JKOMPLI GĦADDEJ BIR-RIFORMA FIT-TUL TAT-TRASPORT PUBBLIKU

pr1212
Date Icon 23/08/2005
Il-Gvern mhux bi ħsiebu jħalli l-azzjonijietindustrijali ordnati mill-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku (ATP) jtellfu l-proċess tar-riforma fit-tul tat-trasport pubbliku hekk kif maqbul fil-ftehim iffirmat bejn il-Gvern, l-Awtorità Dwar it-Trasport ta’ Malta (ADT) u l-istess ATP fl-4 ta’ Ottubru 2004. Dan minħabba li l-istess ftehim iġorr miegħu skadenzi dwar l-implimentazzjoni ta’ din ir-riforma.
Dan il-ftehim kien jistabbilixxi li l-Awtorità dwarit-Trasport kellha tikkummisjona studju dwar l-operat tat-trasport pubbliku f’Malta fejn l-Assocjazzjoni tat-Trasport Pubbliku kellha tippartecipa.  Wara sejħa għall-offerti kienu tqabbdu esperti rinomati, Halcrow International u l-istudju sar skond kif miftiehem. Ir-rapport finali kien mgħoddi lill-ATP fit-3 ta’ Awissu.
Ir-rapport ta’ Halcrow International janalizza r-relazzjonikontrattwali bejn l-ADT u l-ATP, l-irwoli differenti li dawn għandhom ikollhom, ir-rotot, l-istruttura tan-nollijiet u l-livell ta’ sussidju, fost affarijiet oħra.  Barra l-analizi u tqabbil ma' servizzi tat-trasport pubbliku f’pajjizi oħra,  ir-rapport jagħmel diversi proposti (u alternattivi ta’ proposti) dwar abbozz ta’ kuntratt, kif jistgħu jinqasmu r-rotot, id-daqs tal-flotta, u l-operat in-generali. Il-Gvern għadu ma addottax pozizzjoni finali fuq diversi aspetti tar-rapport u kien mistenni li dan isir fl-ewwel ġimgħat tat-taħdidiet formali bejn l-ADT u l-ATP.
Wara li d-diskussjonijiet mingħajr preġudizzju fuqsussidju għall-2005 ma wasslux għal ftehim u inbdew azzonijiet industrijali, jidher li kwalunkwe soluzzjoni li tista' tinstab ser tinkludi miżuri biex jitnaqqsu l-ispejjez biex jitħaddem is-servizz. Dan bilfors ikollu implikazzjonijiet fuq it-tħaddim tas-servizz tat-trasport pubbliku.  Għalhekk jagħmel aktar sens jekk tibdiliet li jistgħu ikunu proposti jiġu diskussi f’qafas aktar għat-tul.

Fid-dawl ta’ dan, il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq dalgħodu bgħat ittra lill-ATP fejn għarrafha li l-offerta ta’ sussidju għas-sena 2005 kienet qed tiġi sospiża u dan minħabba li ma ntlaħaqx ftehim dwar is-sussidju għas-sena kurrenti. Għalhekk issa l-partijiet jistgħu jiffukaw biss fuq it-taħdidiet li jridu jsiru biex jintlaħaq qbil fuq ir-riforma għas-snin bejn l-2005 u 2009, hekk kif taqra klawżola 11 ta’ l-imsemmi ftehim ta’ Ottubru 2004:

“Il-partijiet jaqblu li l-Awtorità (ADT)b’konsultazzjoni ma’ l-Assoċazzjoni (ATP) u bl-għajnuna ta’ konsulenti indipendenti, esperti fit-tħaddim ta’ servizz ta’ trasport pubbliku, tanalizza s-Servizz fi sforz biex jiġi ottimizzat l-operat kollu tas-Servizz...
Il-partijiet jintrabtu illi hekk kif jiġi sottomessir-riżultat ta’ dan l-eżerċizzju jibdew taħdidiet dwar l-implimentazzjoni ta’ riforma fis-Servizz ibbażata fuq l-istess riżultat sabiex jiġi mfassal kuntratt dwar l-operat tas-servizz li għandu jkopri l-perjodu ta’ bejn Jannar 2005 u Diċembru 2009. Jekk ma jintlaħaqx ftehim bejn il-partijiet entru disgħin ġurnata minn meta jibdew it-taħdidiet għat-tfassil ta’ l-imsemmi kuntratt, l-Awtorità ikollha d-dritt illi tibda taħdidiet ma’ kwalunkwe parti oħra interessata biex tipprovdi s-servizz kollu jew kwalunkwe parti minnu.”
Għaldaqstant fl-ittra ta’ dal-għodu l-Ministeruqed jistieden lill-Assoċjazzjoni twaqqaf immedjatament l-azzjonijiet industrijali tagħha bil-għan li tiġi stabbilita data għal laqgħa bejn il-partijiet kollha biex it-terminu indikat fil-kuntratt ta’ Ottubru 2004 jiġi onorat.
Il-Gvern qed javża lill-Assoċjazzjoni li fin-nuqqasli din tissospendi l-azzjonijiet u tersaq għad-diskussjoni, mal-1 ta’ Novembru 2005, jiġifieri 90 ġurnata minn meta ir-rapport tal-esperti ġie mgħoddi formalment lill-Assoċjazzjoni, il-Gvern kien ser jiftaħ diskussjonijiet ma’ operaturi oħrajn għat-tħaddim tat-trasport pubbliku bi skeda.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow