IFFIRMAT IL-FTEHIM TA’ PRINĊIPJI BEJN IL-GVERN, L-ASSOĊJAZZJONI TAL-KUNSILLI LOKALI U L-AWTORITA’ TA’ MALTA DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR (MEPA) DWAR IT-TĦADDIM TAR-REGOLAMENTI ĠODDA DWAR RIMI TA’ SKART (LITTERING REGULATIONS)
pr1211
22/08/2005
| L-iffirmar | tal-Ftehim ta’ Prinċipji huwa pass ieħor importanti fit-twettiq tal-ħidma tal-Gvern u tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent fil-ġlieda kontra r-rimi ta’ skart b’mod abużiv, magħruf aħjar bħala littering u dumping. Dan il-ftehim għandu jwassal biex tkompli tinħoloq l-infrastruttura meħtieġa għat-tħaddim b’mod effettiv tar-Regolamenti ġodda dwar rimi ta’ skart. |
| Dan | qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino f’kummenti li ta lill-ġurnalisti preżenti għall-iffirmar ta’ Ftehim ta’ Prinċipji bejn il-Gvern, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) dwar it-tħaddim tar-Regolamenti ġodda dwar rimi ta’ skart (Littering Regulations). |
| Il-ftehim | kien iffirmat minn Godwin Cassar, Direttur Ġenerali tal-MEPA u Ian Micallef, President ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Preżenti għall-iffirmar kien hemm is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent Philip von Brockdorff. |
| Il-ftehim | jistipula kif il-multi minn dawn ir-Regolamenti ser jiġu mqassma bejn il-Kunsilli Lokali, il-MEPA u l-Fond Ambjentali u kif il-Kunsilli Lokali ser ikunu intitolati japplikaw għall-fondi li jimorru għal proġetti ta’ natura ambjentali mill-flus depożitati fil-Fond Ambjentali. Il-ftehim ukoll jagħti d-dritt lill-Kunsilli Lokali u lill-MEPA biex iwettqu l-infurzar ta’ dawn ir-Regolamenti permezz ta’ gwardjani lokali pajżana. |
| Il-ftehim | ikopri wkoll it-tfassil ta’ kampanja ta’ informazzjoni u l-ħruġ għall-sejħa għall-proposti biex tiġi mibnija u miżmuma infrastruttura ta’ litterbins biex jiffaċilitaw kif wieħed jiddisponi mill-iskart tiegħu liema sejħa diġa’ kienet pubblikata fil-mezzi tax-xandir lokali. |
| Il-Ministru | George Pullicino qal li l-Gvern dejjem fehem l-importanza li l-Kunsilli Lokali jkollhom rwol determinanti fit-tħaddim ta’ dawn ir-Regolamenti u dan ġie kkonfermat ukoll matul it-tfassil ta’ dan il-ftehim. Hu qal li l-Gvern, permezz tal-Fond Ambjentali ser jiggarantixxi li l-ispejjeż kollha finanzjari matul l-ewwel tlett xhur ta’ prova ser jiġu koperti minn dan il-Fond u għalhekk mhux ser ikun hemm piż finanzjarju fuq l-ebda Kunsill Lokali. |
| George | Pullicino fakkar kif il-Gvern qiegħed iżomm id-dritt li jwettaq l-infurzar fiż-żoni kollha ta’ Malta u Għawdex għalkemm il-ħsieb huwa li l-ħidma tal-Gvern tiffoka l-aktar fuq żoni rurali u ta’ sbuħija naturali, bajjiet u siti storiċi. |
| Pullicino | qal li qegħdin jinbidlu u jiġu aġġornati wkoll numru ta’ liġijiet biex jippermettu t-tħaddim ta’ dawn ir-regolamenti. Hu saħaq li l-ħidma bejn il-partijiet li ffirmaw dan il-ftehim ma tispiċċax hawn u ħabbar it-twaqqif ta’ kumitat ta’ sorveljanza biex janalizza t-tħaddim tas-sistema u fejn hemm lok ta’ titjib dan isir ukoll. |
| Intant | il-President ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Ian Micallef ħabbar li fl-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali kien hemm qbil unanimu dwar l-iffirmar ta’ dan il-ftehim. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946