TISAĦĦAĦ IL- PROMOZZJONI TA' L-ARTIĠJANAT MALTI MILL- KUNSILL MALTI GĦALL- ARTIĠJANAT
| Is-Segretarju | Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, waqt żjara lil negozji li jbiegħu artiġjanat Malti u souvenirs fir-Rabat, nieda kampanja ta’ promozzjoni għall-artiġjanat Malti, li hija parti mill-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat. Waqt din iż-żjara, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ħabbar il-pubblikazzjoni ta’ ċertifikati ġodda ta’ awtentiċita`. Dawn iċ-ċertifikati jingħataw f’forma ta’ stickers u tags li jitqassmu mill-Kunsill Malti għall-Artiġjanat lill-ħwienet li jbiegħu prodotti ta’ l-artiġjanat. Dan qiegħed isir bil-ħsieb li t-turist ikun jista’ jagħraf liema huma l-prodotti ta’ l-artiġjanat Malti. |
| Is-Segretarju | Parlamentari qal li “Il-Gvern dejjem ħadem favur l-artiġjanat Malti. Għaldaqstant, qegħdin nagħmlu dawn ic-ċertifikati, li jitqassmu b’xejn mill-Gvern, biex wiehed ikun jista’ jagħraf liema huma l-prodotti Maltin. Iċ-ċertifikati jitqassmu lill-artiġjana u wkoll lil dawk il-ħwienet kollha li jbiegħu prodotti Maltin u li jixtiequ li jkollhom it-tags. Dawn iċ-ċertifikati qegħdin jagħtu aktar valur miżjud lill-prodotti ta’ l-artiġjanat Malti, u b’hekk jattiraw aktar kemm lit-turisti kif ukoll lill-konsumaturi Maltin.” |
| In-numru | ta’ persuni li jaħdmu fl-artiġjanat li huma rreġistrati mal-Kunsill Malti ta’ l-Artiġjanat huwa ta’ 768, numru li kull ma jmur qiegħed jiżdied. F’dawn l-aħħar snin, ġew ippubblikati 370,000 tags ta’ awtentiċita`, li minnhom tqassmu 320,000. Gew ippubblikati wkoll 120,000 stickers. |
L-Onor. Vassallo appella sabiex is-sidien tal-ħwienet ma jbiegħux prodotti magħmulin f’pajjizi ohra bħala prodotti Maltin. Is-Segretarju Parlamentari ħabbar li ser ikun qiegħed jaħdem biex tissaħħah il-liġi kontra dawk il-persuni li jgħidu li jkunu qegħdin ibiegħu prodotti magħmula barra minn Malta bħala prodotti Maltin. Huwa qal li “huwa illegali li xi ħadd jimmarka prodott barrani bħala prodott Malti, għaliex dan ikun qed jikser il-liġi tat-Trade Descriptions. Qegħdin nitilfu suq importanti meta qed ikollna min, fi ħwienet ibiegħ prodotti importati bħala prodotti Maltin. Il-prodott ta’ l-artiġjanat Malti għandu jkun ukoll ta’ interess għall-konsumatur Malti għax huwa prodott ta’ valur.”
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946