Left arrow Go Back

IMPENN TAL-GVERN FAVUR GħARFIEN AKBAR DWAR TRATTAMENT XIERAQ LILL-ANNIMALI

pr1207
Date Icon 19/08/2005
Il-Jum Nazzjonali għall-Annimali Abbandunati huwa okkażjonif’waqtha biex il-Gvern jirriafferma l-impenn tiegħu sabiex f’pajjiżna jkompli jikber l-għarfien favur trattament xieraq lill-annimali, mhux biss f’dan il-jum iżda matul is-sena kollha.
Il-Ministerugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jieħu din l-opportunita’ biex isellem lin-numru dejjem jikber ta’ voluntiera li jagħtu l-ħin u l-enerġija tagħhom f’ħidma favur l-annimali.  Fl-istess waqt il-Ministeru jtenni l-appell tiegħu u jħeġġeġ biex dawn ir-riżorsi jintużaw fir-rispett tal-liġijiet eżistenti u biex dawn ir-riżorsi jingħaqdu flimkien u dan fl-aħjar interess ta’ dawn l-istess ħlejjaq.
Il-Ministeruse jibqa’ għaddej bl-isforzi tiegħu biex dan is-suġġett jkompli jkollu l-aqwa għarfien possibbli u dan huwa wieħed mill-għanijiet li għalih qed ikunu maħsuba bidliet fil-Kunsill għat-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali, liema bidliet huma maħsuba biex jagħmlu l-Kunsill aktar effettiv.
Il-Ministeruser jagħti struzzjonijiet ċari biex il-Kunsill għat-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali jintensifika l-kampanja ta’ informazzjoni u għal dan il-għan mistenni jkun hemm ukoll tisħiħ tar-riżorsi umani. Il-ġimgħat li ġejjin mistennija jkunu importanti biex f’pajjiżna jkollna regolamenti li jħarsu l-annimali abbandunati jew mitluqa (strays).
Il-Gvernse jkompli jagħmel il-parti tiegħu iżda l-impenn ta’ kulħadd huwa meħtieġ biex f’pajjiżna jogħla l-livell ta’ trattament għall-annimali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow