Left arrow Mur Lura

IN-NIRIEN FIL-FAĊILITÀ GĦAT-TRATTAMENT TA’ L-ISKART F’TA’ ŻWEJRA

pr1206
Date Icon 18/08/2005
Jekkikunu kkonfermati l-ewwel suspetti tad-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili li n-nirien tqabbdu apposta, dan ikompli juri kemm f’pajjiżna għad hawn min ma jimpurtahx la mis-saħħa tal-bniedem u wisq anqas mill-ambjent u li hu lest li jagħmel kollox biex ifixkel u jagħmel ħsara.
Danqalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino f’kummenti li ta waqt li żar il-ħsarat li kienu kkaġunati min-nirien li żviluppaw fil-faċilita għat-trattament ta’ l-iskart f’Ta’ Żwejra.
Il-MinistruPullicino qal li minn dak li ntqal lilu minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-ewwel suspetti huma li n-nar tqabbad apposta minn terzi persuni.  Hu qal li huwa ta’ għajb li waqt li l-Gvern qed jinvesti miljuni kbar ta’ liri biex pajjiżna jkollu faċilitatjiet għall-immaniġġjar ta’ l-iskart ta’ l-ogħla livell għad hawn min għandu biss l-interess li jfixkel il-progress u l-inizjattivi li qed jittieħdu.

L-Onor. Pullicino fakkar li dan huwa l-aħħar minn sensiela ta’ inċidenti li seħħew f’faċilitajiet ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart f’pajjiżna.  Hu qal li dan l-inċident seħħ fil-parti fejn hemm il-faċilita’ l-ġdida f’Ta’ Żwejra fejn qed jinħażnu s-saqqijiet biex ikunu riċiklati minflok ma baqgħu jintremew fil-miżbla ma’ skart ieħor kif kien isir sa’ ftit taż-żmien ilu b’impatt negattiv fuq l-ambjent.  

Il-MinistruGeorge Pullicino qal li l-Gvern se jkompli jimpenja ruħu biex ikompli jsir l-investiment meħtieġ għal sigurta’ dejjem akbar fil-faċilitajiet għall-immaniġġjar ta’ l-iskart kemm għar-residenti tal-viċinanzi kif ukoll għall-ħaddiema li jaħdmu fihom.  Madanakollu, kulħadd irid japprezza li r-realta’ ta’ pajjiżna ma tippermettix li dawn il-faċilitajiet ikunu ‘l bogħod minn żoni residenzjali daqs kemm wieħed ikun jixtieq.
Il-Ministruwera l-apprezzament tiegħu għall-ħidma mwettqa mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Korp tal-Pulizija li wasslu biex dan l-inċident kien kontrollat fl-aqsar ħin possibli.  George Pullicino awgura li l-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident jwasslu biex dan il-każ jissolva fi żmien qasir.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow