Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MID-DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA DWAR IL-MEDIĊINA TAMIFLU

pr1201
Date Icon 18/08/2005
Waraxi rapporti li dehru f’sezzjoni ta’ l-istampa, li jistgħu joħolqu xi allarm fost in-nies, id-Diviżjoni tas Saħħa għal darb’oħra tavża li l-Gvern għamel ordni għall-mediċina  ‘Tamiflu’ li għandha tkun suffiċjenti għall-bżonnijiet tal-poplu Malti, jekk tfaqqa’ l-pandemija ta’ l-influenza.
L-ammontordnat huwa skond kif rakkomandat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Kif diġà stqarret id-Diviżjoni għal diversi drabi, mediċina biżżejjed biex tittratta 50,000 ruħ se tkun Malta sa l-aħħar tas-sena, u provvista għal ħamsin elf (50,000) ruħ oħra tasal is-sena d-dieħla.  Din il-mediċina tingħata b’xejn lil kull min ikun ċertifikat minn tabib li jkun qed ibati mill-influenza pandemika.
Il-modta’ kif titqassam il-mediċina, la darba tibda l-pandemija jkun mgħarraf lill-pubbliku fil-mument opportun.
Id-Diviżjonitas-Saħħa tikkundanna lil dawk is-sezzjonijiet tal-media li fir-rapurtaġġ tagħhom qed jiżgwidaw lill-pubbliku bl-informazzjoni li tingħata.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow