Left arrow Mur Lura

Konferma ohra li s-sussidji lis-settur Agrikolu qed jaqdu l-funzjoni tagħhom

pr1199
Date Icon 17/08/2005
L-aħħar statistika dwar ix-xejriettas-settur agrikolu Malti għas-sena 2004 tikkonferma kemm is-sussidji li qed jingħataw lis-settur agrikolu qed jaqdu l-funzjoni tagħhom.  Din l-istatistika tikkonferma li s-sussidji li qed jieħdu l-bdiewa u r-raħħala qed iwasslu biex id-dħul ta’ dawn mhux biss jibqa’ fl-istess livelli, iżda saħansitra jiżdied meta mqabbel mas-snin oħra.
F’reazzjoni li ta għall-aħħar ċifrippublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George Pullicino qal li n-numri ma’ jista jmerihom ħadd; u għalkemm għad hawn min jibqa’ jsostni mod ieħor u jrid jibqa’ joħloq allarm, il-fatti juru li s-sussidji qed jilħqu l-iskop li jservu bħala l-ewwel saff ta’ protezzjoni għall-bdiewa u r-raħħala, f’mument ta’ tranżizzjoni għas-settur agrikolu lokali.
Fin-negozjati tas-sħubija fl-UnjoniEwropea, il-Gvern Malti kien innegozja pakkett ta’ sussidji sas-sena 2013 biex jassisti fil-proċess inevitabbli ta’ ristrutturar li jrid jgħaddi minnu s-settur agrikolu Malti.  Barra minn hekk, il-Gvern innegozja wkoll klawsola ta’ salvagwardja għal ħames snin bħala t-tieni saff ta’ protezzjoni, pero’ din tintuża f’każ ta’ problemi serji fis-suq u f’każ li s-sussidji juru li mhux qed iservu l-iskop tagħhom.
Il-Ministru Pullicino qal li din l-istatistikaxxejjen ċerti argumenti li jitolbu għall-użu tal-klawsola ta’ salvagwardja.  Hu qal li jinnota b’sodisfazzjon li d-dħul mis-settur agrikolu kellu żieda sinifikattiva ta’ aktar minn 8 fil-mija.  Hu qal li s-sussidji li qed jingħataw minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea u mill-Gvern Malti ġew stabbiliti wara li l-Unjoni Ewropea qablet ma’ l-argumenti tal-Gvern Malti dwar il-bżonnijiet speċjali ta’ l-agrikoltura Maltija.
Filwaqt li fakkar li l-Ministeru għaddejb’ħidma kontinwa biex il-bdiewa u r-raħħala jqiegħdu lilhom infushom fl-aħjar qagħda biex jibbenefikaw minn dawn l-għajnuniet, hu appella biex l-għaqdiet tal-bdiewa wkoll ikomplu jaħdmu biex jagħqdu lill-membri tagħhom u jassistuhom f’dan il-mument tant kruċjali għall-futur tas-settur kollu.
Fl-aħħarnett, il-Ministru Pullicinofakkar li dawn l-għajnuniet ma kienux ikunu possibbli li kieku Malta baqgħet barra mill-Unjoni Ewropea u xorta kien ikollha topera f’xenarju ta’ suq ħieles fis-settur agrikolu bid-diffikultajiet kollha li dan iġib miegħu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow