Left arrow Mur Lura

IX-XOGĦLIJIET TA’ PAVIMENTAR FL-IMDINA MEXJIN B’RITMU TAJJEB: FDALIJIET TA’ SKAVI MISJUBA FIL-PJAZZA JITTARDJAW IX-XOGĦLIJIET BI TMIEN ĠIMGĦAT

pr1197
Date Icon 17/08/2005
Għaddejjaħidma ko-ordinata sabiex il-proġett ta’ pavimentar ta’ l-Imdina kollha jasal fi tmiemu. Ħidma li għandha twassal sabiex il-Belt siekta tingħata dehra ġdida li tixirqilha. Ix-xogħlijiet għaddejjin b’ritmu tajjeb minkejja l-bosta diffikultajiet li wieħed jiltaqa’ magħhom meta jwettaq proġetti ambizjużi ta’ dan il-livell. Dan qalu l-Ministru Ninu Zammit meta żar dawn ix-xogħlijiet.
Ix-xogħolta’ pavimentar seta’ jibda wara li s-servizzi kollha tad-dawl u tad-drenaġġ ġew mibdula u mgħoddija taħt l-art. Tneħħew ukoll kilometri ta’ cables ta’ l-elettriku, tal-Maltacom u tal-cable television sabiex dawn illum ġew mgħoddija minn taħt il-pavimentar f’ducts apposta.
Il-MinistruZammit qal li diġà sar ’l fuq minn 8,100 metru kwadru ta’ pavimentar li jkopri 17-il triq, tlett sqaqien u erba’ pjazez, inkluż il-pjazza ta’ quddiem u mal-ġenb tal-Katidral. B’kollox se jkunu tpoġġew 600 manhole covers, liema covers ġew maħduma minn ħaddiema fi ħdan id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi.
FiTriq Inguanez u Triq San Pawl, qiegħed isir it-tibdil tas-servizz tad-drenaġġ, liema xogħol ma kienx tlesta fl-ewwel fażi. Dan ix-xogħol ukoll ikkawża xi dewmien. Hawnhekk il-Ministru Ninu Zammit irrefera għad-diffikultajiet li nqalgħu peress li fit-toroq msemmija, kellha ssir trinka ta’ fond konsiderevoli. Barra minn hekk, l-istruttura dejqa tat-toroq għamlet dan ix-xogħol ferm diffiċli sabiex wieħed jopera b’makkinarju.
Huwakompla  qal li s-sejba ta’ fdalijiet arkeologiċi fi Pjazza San Pawl, wasslu sabiex ix-xogħol fil-pjazza waqa’ lura bi tmien ġimgħat, żmien li fih l-esperti wettqu l-istudji tagħhom qabel ix-xogħol ta’ pavimentar seta’ jitkompla.  Dan ix-xoghol sar b’ko-ordinazzjoni mas-Supretendent ta’ l-Arkeoloġija bl-iskop li l-fdalijiet misjuba ma ssirilhomx ħsara u jiġu kkonservati.
Rigwardil-materjal tal-pavimentar, il-periti u l-uffiċjali tal-Ministeru minn dejjem esiġew li l-kwalità taċ-ċangatura mpoġġija tkun ta’ livell għoli u aċċettabli. S’issa ġie skartat madwar 17% tal-materjal ta’ pavimentar impurtat peress li kien ta’ kwalità inferjuri. Dan il-proċess irriżulta f’nuqqas ta’ provista ta’ materjal, minħabba li l-ordni oriġinali kienet tkopri wkoll dak skartat. Hawnhekk il-Ministru Zammit assigura li l-Gvern qed iħallas biss ta’ dak il-materjal li qed jiġi pavimentat. Huwa saħaq li din il-proċedura qegħda tiggarantixxi li l-materjal impoġġi jkun ta’ livell għoli kif stipulat fil-kuntratt.
Qedikompli jsir kull sforz possibli sabiex dan il-proġett jasal fi tmiemu. Ħidma ko-ordinata bejn il-kuntratturi, il-ħaddiema u l-periti tal-Ministeru qed twassal sabiex ix-xogħol jimxi b’ritmu tajjeb. Ix-xogħol qed isir b’mod li jinħoloq l-inqas inkonvenjent possibbli lis-sidien tan-negozji, il-Maltin u t-turisti li jżuru din il-belt storika. Qed isir ukoll eżerċizzju ta’ tindif u ħasil tal-pavimentar b’mod regolari minn ħaddiema tal-Gvern fiż-żoni fejn ix-xogħol jinsab għaddej kif ukoll fejn huwa diġà ppavimentat.
“Nixtieqntenni li fejn hu possibli qed issir hidma intensiva sabiex il-problemi jiġu solvuti mingħajr dewmien bil-għan li l-proġett jitlesta fl-iqsar żmien possibbli” stqarr il-Ministru Ninu Zammit.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow