Inkomplu niskavaw fl-għeruq tagħna
pr1192
16/08/2005
| Wara | li għal dawn l-aħħar erba’ snin il-kunċert mit-team Etnika kien organizzat fil-fdalijiet tat-Teatru Rjal, fl-Imdina, f’Sant’Iermu u fil-Foss tal-Kavallier ta’ San Ġwann, din is-sena dan il-kunċert, li sar wieħed annwali, se jittella’ fejn qabel kien il-lift tal-Barrakka ta’ Fuq, fix-Xatt tal-belt Valletta, bejn id-19 u l-21 ta’ Awissu. |
| L-Etnikafe05 | din is-sena se jkun intitolat Zazu Klabb, Kabaré Malti. It-team Etnika din is-sena se jtella’ l-akbar produzzjoni tiegħu, b’banda tar-raħal magħmula minn 15-il bandist flimkien ma’ 25 parteċipant ieħor li se jġibu flimkien mużika folkloristika u popolari, kultura urbana , wirjiet u cabaret. |
| Andrè | Alamango, Andrej Vujicic u Francesca Grima, li qed jipproduċu dan il-kunċert, ilhom sitt xhur jaħdmu biex jagħmlu minn din il-produzzjoni waħda unika li tinvolvi talent u mużiċisti lokali, li joħolqu nostalġija għall-kultura marbuta ma’ port li jagħmel parti mill-belt kapitali, bi swali tal-mużika mimlija attivita’, cabarets mimlija baħrin u mużiċisti fit-toroq. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Diemch qal li l-kunċert annwali mill-Etnika – li din is-sena hu fil-ħames sena tiegħu – sar parti mill-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna bid-differenza li kull sena, il-produtturi ta’ l-Etnika qed jidħlu aktar fil-fond fl-għeruq tad-drawwiet u t-tradizzjonijiet ta’ pajjiżna u jippreżentawhom lill-pubbliku. |
| “Madwarna | hawn ħafna gżejjer akbar minnha li m’humiex indipendenti bħalna. Dan għaliex Malta dejjem kellha qagħda strateġika f’nofs il-baħar Mediterran li tatha storja li tmur lura 7,000 sena. Tul is-sekli pajjiżna bena kultura Mediterranja u Ewropea li flimkien għaġnu l-istorja Maltija li identifikatna minn ġnus oħra u kkontribwew biex sirna nazzjon,” qal il-Ministru Francis Zammit Dimech. Hu qal li l-Etnika rnexxilhom jagħtu l-ħajja lil drawwiet antiki li kienu ntensew. Hu qal li dan kien ta’ min ifaħħru għaliex l-identita’ tagħna hi mibnija fuq l-istorja u l-folklor u jekk dawn ma nżommuhomx ħajjin nitilfu dak li hu tagħna biss. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li kunċerti bħal dawn kienu wkoll jikkontribwixxu lejn il-prodott turistiku Malti għaliex dak li noffru aħna f’dik li hi storja, folklor u identita’ ma jistax joffrieh ħaddieħor u kien għalhekk punt ta’ promozzjoni għal gżejjer Maltin. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li l-istrateġija l-ġdida ta’ l_Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kienet qed tinbena fuq niċeċ li l-aktar importanti fosthom kienet dik tat-turiżmu kulturali, li jattira lejn pajjiżna qrib il-200,000 turist fis-sena. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li l-kunċerti mill-Etnika kienu wkoll marbuta ma’ postijiet storiċi, rabta li kienet tagħtihom sinifikat uniku. Hu qal li l-għażla ta’ taħt il-lift kienet waħda marbuta maż-żmien meta eluf ta’ baħrin Ingliżi kienu jużaw il-lift biex mix-Xatt tal-Belt fejn kienu jkunu ankrati l-vapuri tal-gwerra, kienu jitilgħu fiċ-ċentru fejn kienu jiffrekwentaw swali tal-mużika u żfin u postijiet ta’ divertiment. |
| Il-Ministru | Francis Zammit Dimech irringrazzja lit-team ta’ l-Etnika għall-ħidma tagħhom biex insiru nafu aktar dwar l-għeruq tagħna u biex dak li jsiru jafu huma jxerrduh fost il-poplu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946