Laqgħa għall-ġenituri rigward id-dokument “Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll”
pr1191
16/08/2005
| Wara | laqgħa li l-Assoċjazzjoni Kunsilli ta' l-Iskejjel (AKS) kellha mal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Louis Galea dwar ir-riforma fl-edukazzjoni ta' uliedna, inħasset il-ħtiega li ssir laqgħa ta' informazzjoni għall-ġenituri u dawk kollha li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar din ir-riforma. |
| Għalhekk | l-AKS se torganizza laqgħa ta' informazzjoni fid-Dolmen Resort Hotel nhar il-Ġimgha, 2 ta' Settembru 2005 bejn is-7.00 u d-9.00 ta’ filgħaxija fejn se jiġi diskuss id-dokument “Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll”. |
| Wara | l-laqgħa se jsir riċeviment ħdejn il-pool. Id-dħul huwa b'xejn u l-biljetti jinġabru mill-AKS c/o Ministeru ta' L-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Floriana mit-Tnejn, 22 ta’ Awissu sal-Ġimgħa, 26 ta’ Awissu bejn id-9.00 ta’ filgħodu u nofs in-nhar. Dħul mingħajr biljetti mhux permess. Għal aktar informazzjoni tistgħu ċċemplu fuq 2598 2525. |
| Il-Ministeru | ta’ l-Edukazzjoni għalhekk iħeġġeġ lil dawk kollha interessati u b’mod partikolari lill-ġenituri biex jipparteċipaw f’din il-laqgħa fejn minbarra li jsegwi preżentazzjoni biex jifhmu aħjar x’qed jiġi propost ikollhom ukoll l-opportunità jistaqsu d-domandi u jagħtu l-opinjonijiet u s-suggerimenti tagħhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946