Left arrow Mur Lura

IL-GVERN MHUX DISPOST IBIDDEL IL-POŻIZZJONI TIEGĦU DWAR TALBIET EŻAĠERATI GĦAL SUSSIDJU

pr1189
Date Icon 12/08/2005
Minkejjali l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku (ATP) għażlet li tirrikorri għal azzjonijiet industrijali, il-Gvern mhux dispost li jbiddel il-pożizzjoni tiegħu dwar talbiet eżaġerati għal sussidju fuq l-operat tat-trasport pubbliku bi skeda.
Filfatt,il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq dal-għodu bagħat ittra lill-Assoċjazzjoni li fiha għarraf lill-ATP bil-miżuri li l-Gvern ser ikun qed jieħu b’riżultat tal-azzjonijiet industrijali imħabbra nhar il-Ħamis 11 ta’ Awissu.
Dawnil-miżuri jinkludu t-tnaqqis mis-sussidju ta’ Lm2,000 għal kull ġurnata li s-servizz mogħti ma jkunx skond l-iskeda approvata mill-Awtorità dwar it-Trasport (ADT).
Il-Gvernser ikun qed inaqqas ukoll Lm5,000 mill-istess offerta ta’ sussidju għal kull impjegat tal-ATP li jingħata is-sensja. Fil-fatt, f’ittra oħra mibgħuta lill-ATP fil-11 ta’ Awissu, il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq kien diġa wissa li peress li l-pagi tal-ħaddiema tal-Assoċjazzjoni (madwar Lm8,900 fil-ġimgħa) kienu diġa inklużi fl-ispejjeż tal-operat tas-servizz tat-trasport pubbliku li fuqhom il-Gvern ħareġ bl-offerta ta’ Lm1.1 miljuni bħala sussidju, kull tnaqqis minn din l-ispiża b’riżultat ta’ sensji ta’ ħaddiema kien ser iwassal fi tnaqqis relattiv mis-sussidju li qed joffri l-Gvern għal din is-sena.
Il-Gvernjikkundanna l-aġir ta’ l-ATP li bl-azzjonijiet li ħabbret għażlet li tolqot l-aktar ir-rotot li għandhom dimensjoni soċjali, inkluż ir-rotta kruċjali li taqdi l-isptar San Luqa. Fil-fatt, minn għada ser jitħassru mat-62 vjaġġ kuljum minn diversi rħula lejn l-isptar San Luqa. Barra dawn, l-Assoċjazzjoni mhux ser tħaddem madwar 150 vjaġġ ieħor fuq ir-rotot l-oħra li għażlet li tissospendi wara it-tmienja ta’ filgħaxija bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa.
Minnflok,l-ATP għażlet li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha billi tibqa’ tħaddem rotot li jirrendu l-aktar. L-azzjonijiet industrijali imħabbra l-bieraħ waslu wara li l-ATP baqgħet tinsisti li għandha bżonn dħul kumplessiv ta’ Lm8.1 miljuni (Lm6.4 miljuni fi dħul mill-biljetti u Lm1.7 miljuni f’sussidju) biex tħaddem is-servizz bi skeda. Dan huwa ekwivalenti għal dħul gross ta’ madwar Lm16,000 għal kull xarabank, jiġifieri żieda ta’ Lm2,200 kull xarabank (16%) meta mqabbel mad-dħul gross li kienu jirċievu s-sidien fis-sena 2004.
Il-Gvernu l-ADT ma laqgħux din it-talba u offrew sussidju ta’ Lm1.1 miljuni. Din l-offerta hija ibbażata fuq il-ftehim li kien iffirmat bejn il-Gvern, l-ADT u l-ATP għas-sena 2004 f’Ottubru li għadda, u aġġustat biex jirrifletti iż-żidiet fil-prezz tal-fjuwil u l-għoli tal-ħajja.
Skonddin il-proposta tal-Gvern u ADT, kull sid ta’ karozza tal-linja jirċievi dħul gross ta’ Lm14,800 għas-sena 2005 imqabbel ma’ Lm13,800 fis-sena 2004. Il-Gvern jemmen li żieda ta’ Lm1,000 tkopri sew iż-żieda fin-nefqa fl-operat li kull sid ta’ xarabank kellu matul din is-sena inkluż iż-żidiet kollha relatati mal-prezz tal-fjuwil.
Dawnl-azzjonijiet industrijali ma jawgurawx tajjeb għar-riforma li ser tkun qed isseħħ fix-xhur li ġejjin. Il-Gvern madanakollu ser jibqa’ kommess mat-timeframes tal-ftehim iffirmat f’Ottubru 2004 bejn il-Gvern, l-ADT u l-ATP, jiġifieri li jibdew it-taħdidiet dwar l-implimentazzjoni ta’ riforma fit-tul tas-servizz.
Il-Ministeruqed jirriserva d-dritt li jieħu l-passi neċessarji biex jipproteġi l-interess pubbliku f’każ li dawn l-azzjonijiet ma jiġux irtirati.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow