INVESTIMENT GĦALL-INDUSTRIJA TAT-TADAM
pr1188
12/08/2005
| Permezz ta’ | investiment qawwi f’makkinarju modern li l-kumpanija Magro Brothers installat dan l-aħħar, il-kumpanija ser tkun tista’ tesporta 2000 tunellata tadam fix-xitwa ukoll. Dan qalu Dr Francis Agius, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Biedja u s-Sajd, meta kien qed iżur il-kumpanija Magro Brothers fil-qasam industrijali tax-Xewkija, Għawdex. |
| Din l-esportazzjoni ma kinetx tkun possibbli, qal | Dr Agius, li kieku ma ġietx installata Aseptic filling machine li tippermetti li t-tadam ikun jista’ jiġi maħdum fix-xhur tax-xitwa u mhux biss fis-sajf, kif dejjem sar s’issa. Iċ-ċokon ta’ pajjiżna jagħtina l-vantaġġ li t-tadam tagħna ma jieħux aktar minn 24 siegħa minn meta jinqata’ sakemm ikun ipproċessat. Dr Agius qal ukoll li l-Gvern għamel kampanja “Agħżel il-kwalita` – Agħżel Lokali” biex iħeġġeġ lill-konsumatur jagħżel prodotti lokali. |
| Dr Agius qal li hu ta’ | sodisfazzjon kbir li jara li kumpanija li taħdem dirett mas-settur agrikolu tesporta lejn tliet pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea, jiġifieri r-Renju Unit, l-Italja u Franza. Dan ikompli jagħti raġun lill-politika tal-Gvern Malti li aħna bħala pajjiż kapaċi nikkompetu u nuru l-ħila tagħna f’kull qasam. Il-Ministeru minn naħa tiegħu ħa ħsieb li jġib esperti minn barra biex jgħin lill-bdiewa biex ikunu jistgħu jizirgħu varjetajiet ta’ tadam għall-iproċessar li jkun skond id-domanda tas-suq. |
| Dr Agius qal li permezz ta’ din l-għajnuna | finanzjarja, li qed tingħata mill-miżura magħrufa bħala 3.2 fuq il-Marketing and Processing, kien hemm allokati 916,286 euro jew Lm 391,575 li minnhom il-kumpanija Magro Brothers ħadet parti sostanzjali biex setgħet tixtri dan l-apparat. Din l-għajnuna ġejja 30% mill-Gvern Malti u 70% mill-UE. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946