Left arrow Go Back

IT-TFAL: ĊITTADINI B’IMPENN

pr1186
Date Icon 12/08/2005
“Hu importanti li ngħarfuli kull wieħed u waħda minna għandu parti fis-soċjetà u li flimkien niffurmaw parti minn kommunità. Għalhekk għal din is-sena t-tema ta’ SkolaSajf hi ‘It-Tfal: Ċittadini b’Impenn’ ”. Dan qalu s-Sur Frans Borġ, Segretarju Permanenti għall-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Imjieg waqt li kien qed jitkellem f’attività organizzata mill-Uffiċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika flimkien ma’ SkolaSajf.
Il-parteċipazzjoni ta’ l-UffiċjuNazzjonali ta’ l-Istatistika fi SkolaSajf 2005 hija maħsuba biex toħloq għarfien dwar l-importanza nazzjonali taċ-Ċensiment li se jsir f’Novembru ta’ din is-sena. Permezz ta’ dawn l-attivitajiet wieħed ikun qed jolqot ukoll l-adulti meta t-tfal jikkomunikaw magħhom, u jitwassal il-kunċett li ċ-ċittadinanza tibda miċ-ċokon.
Għal dan l-iskop, l-UffiċjuNazzjonali ta’ l-Istatistika qed jorganizza programm ta’ attivitajiet mat-tfal ta’ SkolaSajf. Il-programm jikkonsisti f’tagħrif imwassal permezz ta’ logħob u mużika, u kull sessjoni se tieħu l-forma ta’ festin. L- Uffiċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika se jniedi komik li għandu ċ-Ċensiment bħala tema. Dan il-komik huwa msejjes fuq numru ta’ personaġġi Maltin. Se jitqassmu wkoll tifkiriet taċ-Ċensiment lit-tfal.
B’kollox, se jsiru seba’ sessjonijiet,sitta f’Malta u waħda f’Għawdex. Is-sessjonijiet se jsiru fiċ-ċentri ta’ SkolaSajf f’Ħal-Kirkop, fir-Rabat Għawdex, f’Ħ’Attard, f’Birżebbuġa, fin-Naxxar, f’San Pawl il-Baħar u fl-Imsida.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow