IL-PROĠETT TAL-PJAZZA TAL-MOSTA
pr1185
12/08/2005
| Waqt | waħda miż-żjarat regolari li s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-self employed Edwin Vassallo għamel fil-ħwienet tal-Mosta, huwa ġie mitlub jagħti l-opinjoni tiegħu dwar kummenti li qegħdin jinstemgħu fil-media fuq il-proġett tal-Pjazza tal-Mosta, fejn qed issir kritika għax dan il-proġett għadu mhux lest. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Vassallo qal li huwa jaf li “Il-Kunsill Lokali tal-Mosta kellu ftehim mas-sidien tal-ħwienet fil-Pjazza tal-Mosta, sabiex ix-xogħol li jsir jitqassam b’mod li ma joħloqx inkonvenjent għall-istess attivita` kummerċjali, u jekk jista’ jkun, filwaqt li jkun għaddej ix-xogħol, jibqa’ possibbli l-aċċess għat-traffiku, u għalhekk, l-attivita` kummerċjali ma tonqosx. |
| “Minħabba | dan il-ftehim, il-Kunsill Lokali qassam ix-xogħol ta’ dan il-proġett fuq diversi fażijiet, biex kemm jista’ jkun, waqt li jkun qiegħed isir il-proġett ikun ikkawżat l-inqas inkonvenjent possibbli. Mix-xogħol li diġa’ sar, qiegħed jinħass li dan il-proġett qiegħed jilħaq kontinwament dan l-objettiv. Kien għal dan l-iskop li l-Kunsill Lokali tal-Mosta ma qabadx il-proġett kollu f’salt, għaliex li kieku sar hekk, dan kien ifisser li fl-aħjar xhur tal-bejgħ tas-Sajf għan-negozji tal-pjazza, l-aċċess għat-traffiku kien ikun kollu maghluq. Dan kien joħloq problema akbar, kemm għal dawn in-negozji, kif ukoll, ladarba kien diġa’ beda x-xogħol fuq it-toroq arterjali tal-Mosta, iffinanzjat mill-Protokoll Taljan, għall-karozzi kollha li riedu jgħaddu min-naħa ta’ fuq għan-naħa t’isfel ta’ Malta, li ma kienx ikollhom minn fejn jgħaddu ħlief għall-Coast Road jew min-Naxxar. |
| “Kien | b’riżultat ta’ konsultazzjoni ma’ l-ADT li l-Kunsill Lokali tal-Mosta ddeċieda li ma jibdiex il-fażi li jmiss ta’ dan il-proġett qabel ma jkun hemm aċċess adegwat għat-traffiku fit-toroq arterjali. Illum, dawn it-toroq huma lesti u magħhom lesti wkoll Triq il-Qalbiena Mostin, u Triq Birguma fin-Naxxar. Dawn huma toroq li għandhom jiffaċilitaw l-aċċess tat-traffiku li jaqsam min-naħa ta’ fuq għan-naħa t’isfel ta’ Malta u li sal-lum kien jista’ jgħaddi biss mill-Pjazza tal-Mosta u minn Triq San Pawl in-Naxxar. |
| “L-aċċess | għat-traffiku huwa element importanti għas-suċċess ta’ l-attivita` kummerċjali f’pajjiżna. Dak li jidher bħala kritika sempliċi fuq proġett ta’ pjazza, għandu jkun ikkunsidrat fil-kuntest sħiħ tiegħu, kemm l-effett fuq l-attivita` kummerċjali, kif ukoll fuq l-aċċess għat-traffiku, u kif dan ser jiġi affetwat.” |
| Waqt | din il-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fakkar kif dan il-proġett beda jissemma’ meta kien elett l-ewwel Kunsill Lokali tal-Mosta madwar tnax-il sena ilu, iżda dejjem kien magħruf ukoll li dan il-proġett qatt ma seta’ jsir qabel ma jkunu lesti wkoll it-toroq arterjali li huma Triq il-Qalbiena Mostin u Triq il-Ħtajriet. Sa llum diġa’ tlestiet Triq il-Qalbiena Mostin, li tlestiet ftit tal-ġimgħat ilu. |
| Waqt | il-kampanja elettorali ta’ l-1998, il-Gvern xolt ta’ dik il-ġurnata kien bagħat il-ħaddiema jkissru l-funtana tal-Mosta mingħajr ma kellu l-ebda permessi mill-MEPA u mingħajr l-ebda konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali u l-komunita` Mostija, bil-ħsieb li jagħmel dak li kellu jkun għalih il-proġett tal-Pjazza tal-Mosta. Peress li Triq il-Qalbiena Mostin u Triq il-Ħtajriet ma kienux miftuħa, l-unika pjan li kellu dak il-Gvern kien li jagħmel it-traffic lights fil-Pjazza. Huwa magħruf li kieku kellhom isiru dawk it-traffic lights fil-Pjazza, kienet tinħoloq konġestjoni u konfużjoni kbira tat-traffiku. Kien minħabba din l-arroganza li kienet intweriet mal-Komunita’ Mostija li l-istess komunita` pprotestat u ma ppermettietx li dan il-proġett isir. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Edwin Vassallo, awgura li l-proġett jitkompla b’mod meqjus u jieħu l-ħin tiegħu sabiex jitlesta għas-sodisfazzjoni tal-komunita` Mostija kollha inkluż is-settur kummerċjali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946