PUNTI MILL-KONFERENZA TA’ L-AĦBARIJIET MOGĦTIJA MILL-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN DWAR IT-TARIFFI TAL-QORTI – VALLETTA - 11 TA’ AWISSU 2005
| Ħassejt | li għandi nsejjaħ din il-Konferenza ta’ l-Aħbarijiet sabiex inwieġeb għall-kritika li saret mill-Oppożizzjoni għall-aħħar emendi li saru għat-tariffi ta’ l-ispejjeż fil-Qorti, kif ukoll li ninforma bid-diversi miżuri ġodda li daħlu fis-seħħ nhar l-1 ta’ Awissu ta’ din is-sena. |
| Irrid | ngħid li b’ħames avviżi legali saru tliet passi importanti fil-programm tal-Gvern. |
1. L-ittra uffiċjali eżekuttiva għal debiti taħt il-Lm5,000 daħlet fis-seħħ. Dan ifisser li kull min għandu jieħu, issa jista’ jippreżenta din l-ittra uffiċjali li tiswa Lm10, u jekk min għandu jagħti, jew jibqa’ ma jweġibx wara tletin jum, jew jaċċetta li għandu jagħti, dik l-ittra uffiċjali ssir titolu eżekuttiv, jiġifieri titolu b’saħħa daqs sentenza. Titolu li jippermetti l-ħruġ ta’ mandat eżekuttiv.
| Dan | ser ifisser: |
| L-ewwel: proċeduri | legali orħosIt-tieni: proċeduri legali iktar sempliċi; uIt-tielet: proċeduri legali iktar veloċi. |
| Jiena | nfurmat illi mill-1 ta’ Awissu sa’ llum, dawn l-ittri uffiċjali diġà bdew jiġu ppreżentati u dan ser ifisser qabża oħra fil-ħidma tagħna sabiex il-Qrati tagħna jibdew jagħtu rimedji ġodda u effettivi. |
2. Il-kawżi ta’ proprjetà li qabel kienu jsiru jew fil-Qrati tal-Maġistrati għal dawk fejn il-valur ikun taħt il-Lm5,000 jew quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti għal dawk ta’ fuq dan l-ammont, issa ser isiru quddiem il-Prim’Awla.
L-esperjenza urietna li l-kawżi li kienu jsiru quddiem il-Qorti tal-Maġistrati kienu, fil-maġġor parti tagħhom, jeħlu għax tqum il-kwistjoni tal-valur. Dan kien ifisser dewmien inutili ta’ snin u spejjeż sabiex jiġi deċiż il-valur. Għalhekk, filwaqt li ġie dikjarat li l-kawżi kollha li hemm pendenti quddiem il-Qrati tal-Maġistrati qegħdin tajba, mill-1 ta’ Awissu l-kawżi kollha ta’ proprjetà ser isiru quddiem il-Prim’Awla. Fl-istess ħin, it-tariffi ġew emendati sabiex kawżi ta’ proprjetà li għalihom qabel kien hemm ħlas minimu ta’ Lm250, issa niżlu għal Lm100. Dan ifisser tnaqqis ta’ 60%.
3. Il-kawżi ta’ inċidenti tat-traffiku fil-valur ta’ Lm500 sa’ Lm5,000, li sas-17 ta’ Jannar 2005 kienu qed imorru fiċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ issa ġew estiżi sabiex jidħlu wkoll dawk ta’ valur minn Lm1 sa’ Lm500 wkoll. Irrid ngħid li l-proċedura ġewwa ċ-Ċentru hija eħfef u tiġi maqtugħa f’ferm inqas żmien minn qabel. Fil-fatt, din is-sena rajna diġà mal-160 kawża ġdida li daħlet fiċ-Ċentru. Hawn ukoll, l-ispejjeż taċ-Ċentru huma ferm inqas. Filwaqt li fil-Qorti trid tħallas Lm18 għad-dritt tar-Reġistru, fiċ-Ċentru jitħallas Lm10. Mhux biss, iżda filwaqt li għal każijiet ta’ ’l fuq minn Lm500 id-dritt ta’ l-arbitru huwa ta’ Lm53.10,0, id-dritt taħt dan l-ammont huwa ta’ Lm29.50,0. Dan ifisser li l-proċedura ta’ l-arbitraġġ hija wkoll għad-disposizzjoni ta’ dawn il-każijiet.
| Ma’ | dan irridu ngħidu li, kuntrarjament għal dak li qalet l-Oppożizzjoni, it-tariffi naqsu f’diversi punti. |
| Żidna | l-kategoriji ta’ kawżi li jħallsu nofs id-dritt tar-Reġistru. Ma’ dawk eżistenti żidna: |
| L-ewwel: | il-kawżi ta’ jattanzaIt-tieni: il-kawżi fuq konvenji; uIt-tielet: l-azzjonijiet possessorji kollha. |
| L-Oppożizzjoni | għandha żball tgħid li l-kawżi ta’ spoll għolew. Il-kawżi ta’ spoll huma kawżi possessorji taħt l-artikolu 535 tal-Kodiċi. Issa żidna magħhom dawk tal-molestja taħt l-artikolu 536, dawk marbuta max-xogħlijiet ġodda li minnhom tista’ tiġi ħsara f’ħaġa immobbli li qegħda fil-pussess tagħha taħt l-artikolu 538 u l-azzjoni possessorja taħt l-artikolu 539 fejn min, bir-raġun, jibża’ li tista’ minn mument għall-ieħor tiġrilu ħsara fil-fond jew ħaġa oħra fil-pussess tiegħu minn bini u siġar. |
| Bir-rispett | kollu, jidher ċar li jew il-kollegi ma jafux liema huma l-azzjonijiet possessorji jew ma kellhomx il-paċenzja jaqraw il-liġi. |
4. Daħħalna tariffa baxxa għall-kawżi fejn iridu jsiru korrezzjonijiet jew kanċellazzjoni ta’ ċertifikati tat-twelid, tal-mewt jew taż-żwieġ. Dawn flok iħallsu d-dritt ta’ kawża, issa ser iħallsu Lm10. Dan ifisser tnaqqis ta’ 90% fuq dak li kien qiegħed jitħallas qabel. Dan għamilnieh għax jidhrilna li kull min irid jirranġa xi żball ma għandux jeħel id-drittijiet ta’ kawża normali.
5. Daħħalna numru ta’ tnaqqis fil-ħlasijiet ta’ numru ta’ tariffi li ħassejna li kienu jimmeritaw tnaqqis għal raġunijiet varji.
L-ewwel: li r-risposta ta’ l-appell, minn Lm75 niżlet għal Lm30;
it-tieni: li l-kontro-mandati, minn Lm15 niżlu għal Lm7.50;
it-tielet: li notifiki lill-avukati, minn Lm3 niżlu għal Lm1; u
ir-raba’: li talbiet għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà mobbli, minn Lm75 niżlu għal Lm25; u
il-ħames: li l-fotokopji ta’ dokumenti uffiċjali, minn 25 ċenteżmu niżlu għal 15-il ċenteżmu;
is-sitta: li l-affidavit, minn Lm5 niżel għal Lm3.
Dawn huma kollha riduzzjonijiet varji li jaqbżu l-50%.
6. Barra minn dan, neħħejna l-anomaliji li kien hemm fl-ittri uffiċjali normali bejn dawk skond il-liġi u dawk le. Għalhekk, flok ittri uffiċjali ta’ Lm10 u ta’ Lm2.50, issa għandna dawk ta’ Lm5 biss. B’hekk hemm ċar u mingħajr diffikultà x’hemm bżonn li jitħallas sabiex l-ittra uffiċjali tkun valida fil-liġi billi qam il-punt jekk ittra uffiċjali hux valida meta kellu jitħallas dritt tar-Reġistru ta’ Lm10 u minflok tħallas Lm2.50 jew il-kontra.
7. Żidna l-impedimenti tal-partenza fuq il-bastimenti biss. Din minn Lm25 telgħet għal Lm75. Dehrilna li għal bastiment li jiswa l-miljuni, jixraq li flok Lm25 jitħallas iktar. Ħallejna però dik għall-impediment tas-safar tat-tfal għal Lm25.
| Żidna | wkoll ir-reġistri tal-mandati ġenerali minn Lm15 għal Lm20 billi f’numru kbir ta’ kawżi li qabel kienu jsiru fuq kambjali u debiti taħt il-Lm5,000 issa ser iħallsu biss Lm10, flok id-dritt ta’ kawża li kienet titla’ fil-Qrati Superjuri b’Lm250, deherilna li ma nkunux qed ngħollu l-ispejjeż jekk ninżlu għal Lm5. |
| Minn dan kollu jidher ċar li l-Oppożizzjoni kienet għal kollox żbaljata | fid-dikjarazzjoni tagħha. |
| It-tariffi | ma żdidux, anzi fuq diversi punti, tnaqqsu drastikament. |
| Dan | sar:- |
| L-ewwel: | għax il-Gvern, mill-bidu nett kien qal li huwa ser jibqa’ jżomm taħt għajnejh kif dawn qed jaħdmu u jemendahom u jikkoreġihom fejn iħoss. Dan għamlu fl-1 ta’ Awissu u ser jibqa’ jagħmlu. Iktar u iktar minħabba l-Abbozz ta’ Liġi Nru. 50 li permezz tiegħu ċ-ċitazzjoni ser tispiċċa u jsir ir-rikors. |
| It-tieni: | għax il-Kabinett, fl-1 ta’ Awissu diġà ta l-approvazzjoni tiegħu għal abbozz ta’ liġi ġdid fejn ser jiġu riveduti l-mandati kawtelatorji u eżekuttivi. |
| Issa, | dan l-avviż legali daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Awissu proprju sabiex kulħadd ġewwa l-Qorti jidra dan u kull intopp amministrattiv jiġi indirizzat meta x-xogħol ġewwa l-Qorti ma jkunx qawwi. |
| Nagħlaq | billi nirringrazzja lill-Oppożizzjoni u anzi nħeġġiġha tippreżenta l-mozzjoni tagħha fil-Parlament għax permezz ta’ dan ikollna opportunità oħra sabiex nispjegaw il-ħidma kostanti u kbira li qed issir minn dan il-Ministeru. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946