IL-GVERN JGĦADDI L-FORTIZZA TA’ DELIMARA LIL HERITAGE MALTA
pr1181
11/08/2005
| Il-Fortizza | ta’ Delimara, li għal bosta snin serviet bħala post fejn kienu jitrabbew l-annimali għaddiet uffiċjalment mingħand il-Gvern għal għand Heritage Malta . Dan seta’ jsir wara xhur twal ta’ negozjar ma’ individwu li kien ingħata b’ċens din il-Fortizza fis-snin sebgħin. |
| Il-Fortizza | ta’ Delimara li kienet inbniet mill-Ingliżi bejn l-1876 u l-1888 (fuq il-bieb prinċipali hemm imnaqqxa s-sena 1881), kienet armata b’erbatax-il kanun bil-għan prinċipali jkun li tiddefendi d-daħla tal-Port ta’ Marsaxlokk. Fl-1956 l-armamenti kollha kienu tneħħew ħlief għal erba’ kanuni ta’ 12-il pulzier li l-Fondazzjoni Wirt Artna tqis bħala rari ħafna u li huma l-aħħar kanuni ta’ l-era Vittorjana li għadhom mwaħħla fil-post oriġinali tagħhom. |
| F’ċerimonja | qasira li saret ħdejn il-Fortizza stess il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Tonio Borg għadda ċ-ċwievet tal-Fortizza ta’ Delimara li Dr Mario Tabone, Chairman ta’ Heritage Malta . |
| “Ġojjelli | bħal din il-Fortizza” qal il-Ministru Borg, “huma komuni fil-gżejjer tagħna, u l-aħjar mod kif wieħed jikkonservahom huwa billi jiggarantixxi l-użu tagħhom. Post li ma jibqax jintuża jispiċċa mitluq, kif għal ħafna snin spiċċa mitluq il-post li llum qed jiġi mgħoddi lil Heritage Malta li hija l-gwardjan tal-wirt storiku Malti. Din ser tibqa’ tkun il-policy tal-Gvern li ser ikompli jgħaddi proprjeta’ pubblika lill-Kunsilli Lokali u għaqdiet mhux governattivi u/jew sportivi biex jiġi żgurat li bini pubbliku jintuża għal ġid tal-komunita’. Dan juri l-impenn tal-Gvern li jħares il-wirt ta’ pajjiżna. ” |
| Il-Fortizza, | qrib żona mfittxija ħafna mit-turisti għandha, wara li tiġi restawrata tista’ sservi bhala attrazzjoni għal għadd kbir ta’ Maltin u barranin li fis-sajf iżuru l-inħawi. Fil-fatt fil-Pjan Lokali ta’ Marsaxlokk il-MEPA identifikat li l-Fortizza għandha tiġi rijabilitata bil-għan li tintuża għal skopijiet turistiċi, ħaġa li ġiet magħrufa ukoll mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu. |
| “Bħalissa | fil-pajjiż hawn qawmien fl-interess ta’ restawr ta’ bini storiku. Il-Gvern għaddej b’ħidma kbira madwar il-pajjiż kollu biex bini u monumenti jiġu restawrati. Persważ li Heritage Malta ser terga’ tagħti lura d-dinjita’ li din il-Fortizza li hija parti mill-patrimonju tagħna u tirrestawraha lura għas-sbuħija oriġinali tagħha” temm jgħid il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg. |
| Ic-Chairman | ta’ Heritage Malta , Dr Mario Tabone, wara li rringrazzja lill-Viċi Prim Ministru qal li Heritage Malta diġa’ waqqfet sotto kumitat biex jikkordina x-xogħol li jrid isir biex tiġi riabilitata l-Fortizza. Huwa wiegħed li Heritage Malta ser tagħmel dak kollu possibbli biex il-Fortizza terġa’ tinġib fl-istat oriġinali tagħha. |
| Għall-preżentazzjoni | kien hemm preżenti l-Perit John Sciberras, Direttur Ġenerali tat-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern li mexxa t-taħdidiet biex iċ-ċens jerġa’ jingħata lill-Gvern. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946