INVESTIMENT TA’ TLIET MILJUN LIRA FL-MCAST
pr1179
11/08/2005
| “Il-Gvern qed jinvesti mat-tliet | miljun lira Maltin biex ikabbar u jtejjeb il-faċilitajiet tal-MCAST. Kif ħabbar il-Prim Ministru fid-dokument ta’ qabel il-baġit ‘Biex Int Tgħix Aħjar’, it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna fis-snin li ġejjin jiddependi mill-iżvilupp tat-talenti u l-ħiliet taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Il-mira tal-Gvern hi li n-numru ta’ dawk li jkomplu t-taħriġ u l-istudju tagħhom full-time post-sekondarju, vokazzjonali u terzjarju jiżdied b’għallanqas 5000 studenti sa l-2010. Miljun lira mill-investiment qed isir bis-saħħa tal-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ l-UE (ERDF)” Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea meta żar ix-xogħol ta’ bini li qed isir fl-MCAST f’Kordin. Preżenti kien hemm ukoll iċ-Chairman Victor Scicluna, il-Principal Frank Edwards, u l-membru tal-Bord inkarigat mill-proġetti s-Sur Fredrick Fearne. |
| Wara | li ftit ġimgħat ilu l-MCAST inawgura Librerija u Ċentru għar-Riżorsi ġdid bħala parti mill-programm ta’ xogħlijiet ta’ bini, estensjonijiet u mmodernizzar tal-faċilitajiet tal-Kulleġġ, kompla x-xogħol fuq blokk ieħor li l-ewwel fażi tiegħu se tkun lesta f’Settembru li ġej. Il-Blokk jinkludi spazji għall-amministrazzjoni kif ukoll canteen, Students’ House, sala, u faċilitajiet oħra għall-istudenti. Fl-ewwel fażi l-amministrazzjoni tal-Kulleġġ se tinġabar f’dan il-blokk ġdid. L-ispazju li kienet tokkupa l-amministrazzjoni s’issa se jiġi użat mill-istudenti. B’hekk se jespandi l-Istitut tat-Teknoloġija ta’ l-Informatika u Komunikazzjoni li se jinkludi wkoll kamra għat-teleconferencing bejn Malta u ċ-Ċentru ta’ l-MCAST f’Għawdex. |
| L-MCAST | qed jaħdem ukoll fuq diversi proġetti oħrajn li jinkludu xogħol fil-Gymnasium u titjib tal-faċilitajiet f’diversi Istituti. Il-Kulleġġ qed jaħseb ukoll biex jibda x-xogħol li hu ffinanzjat mill-Fond ta’ Żvilupp Reġjonali Ewropew (ERDF) li jinkludu Childcare Centre modern bil-faċilitajiet kollha meħtieġa, u bini ġdid li jilqa` fih l-Istitut għas-Servizzi fil-Komunità li bħalissa hu maqsum f’żewġ siti wieħed f’tas-Sliema u ieħor fil-Junior College l-Imsida. Investiment ieħor se jmur f’tagħmir u taħriġ fil-qasam ta’ l-inginerija mekkanika. |
| Iċ-Childcare | Centre hu maħsub li jkun lest għas-sena akkademika 2006/2007 u jkun jista’ jieħu sa massimu ta’ 30 tifel u tifla jew trabi. Jekk ikun hemm post il-Kulleġġ mistenni joffri wkoll is-servizzi tiegħu lil ġenituri li jaħdmu fiż-żona industrijali ta’ Kordin. |
| Fil-bini | l-ġdid ta’ l-Istitut tas-Servizzi fil-Komunita` se jkun hemm erba’ salons tax-xagħar, żewġ salons għat-terapija, laboratorju tax-xjenza, laboratorju tal-kompjuters, lecture rooms u 12-il klassi, workshop tas-snajja’, kamra għall-mużika u d-drama, u kmamar għall-amministrazzjoni. Minbarra x-xogħlijiet fuq l-istruttura se jsir investiment qawwi fl-apparat li jkollu bżonn dan l-Istitut. Għal dan il-proġett l-UE se tkun qed toħroġ Lm 576,000 u l-Gvern Malti qed jalloka Lm 192,000. Parti minn dawn il-flus se jmorru wkoll għall-bini u t-tagħmir ta’ workshops fiċ-ċentru ta’ Għawdex. |
| L-istitut ta’ l-Inġinerija | Mekkanika se jingħata apparat speċjalizzat u t-taħriġ meħtieġ biex dan l-Istitut ikun jista’ jibda joffri taħriġ mit-tieni sar-raba’ livell tal-BTEC. Għal dan l-iskop l-UE allokat Lm 66,000 u l-Gvern Malti se jkun qed iħallas mat-Lm 22,000. |
| “B’dawn | il-proġetti l-Kulleġġ mhux biss se jżid u jtejjeb il-faċilitajiet li għandu imma se jikkonsolida d-diversi Istituti u l-amministrazzjoni bl-iskop li jiżdiedu l-effiċjenza u s-servizzi li joffri l-kulleġġ lill-istudenti” tenna Louis Galea. |
| Il-Prinċipal | tal-Kulleġġ Frank Edwards qal li din is-sena se tkun għall-MCAST sena ta’ konsolidament fejn il-korsijiet il-ġodda li nfetħu s-sena li għaddiet, jiġifieri dawk tal-farmaċewtika u ta’ l-inġinerija tat-tiswija ta’ l-ajruplani imxew tajjeb ħafna u din is-sena ser jieħdu t-tieni grupp ta’ studenti. Hu tkellem dwar il-ħidma tal-Kulleġġ biex ikun hemm mekkaniżmu tajjeb fi ħdanu li jiżgura l-kwalità fl-edukazzjoni li jipprovdi l-Kulleġġ. Dan irid jintlaħaq billi jissaħħu r-relazzjonijiet ma’ l-employers u billi jkun hemm ħidma mill-Kulleġġ biex il-kurrikulu jibqa’ rilevanti u aġġornat u li jilqa’ għall-bżonnijiet ta’ l-industrija. Is-Sur Edwards qal li l-Kulleġġ se jkompli jibni fuq il-kisba ta’ l-Edexcel International Centre of Excellence Award billi jara li jibqa’ flessibli u f’kuntatt tajjeb ma’ l-industrija biex jiżgura li l-istudenti li joħorġu mill-Kulleġġ ikollhom il-ħiliet, l-għerf u l-attitudnijiet meħtieġa biex ikunu kompettitivi u intraprenditorjali. Is-Sur Edwards qal li l-Kulleġġ irid ikompli jinvesti fir-riżorsi tiegħu kemm fiżiċi kif ukoll umani, iżda fl-istess ħin irid jara li hemm l-effiċjenza u t-trasparenza meħtieġa biex il-pubbliku jkun qed jieħu l-aħjar valur għall-fondi pubbliċi li jingħataw lill-Kulleġġ. Sistema ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità li tkopri kull aspett tal-Kulleġġ tiżgura li l-istudent ikun fiċ-ċentru tal-proċess edukattiv u li dan il-proċess ikun ta’ l-ogħla kwalità possibbli.” |
| Il-Principal | qal ukoll li 2800 student diga` applikaw fl-ewwel sejħa għall-studenti għas-sena akkademika li tibda f’Settembru li ġej. Is-Sur Edwards qal li filwaqt li hemm xi korsijiet li għalihom kien hemm konkorrenza kbira tant li mhux se jkun possibbli li jidħol kull min applika, il-parti l-kbira ta’ dawk li applikaw huma mistennija jidħlu f’xi kors f’Settembru li ġej. B’hekk hu mistenni li l-popolazzjoni tal-Kulleġġ tilħaq l-4000 student full-time, minbarra eluf oħra li jsegwu korsijiet part-time tul is-sena ma’ l-istess Kulleġġ. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946