Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GEORGE PULLICINO U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI FRANCIS AGIUS IŻURU RAZZETT TAT-TIĠIEĠ FEJN QED JITĦADDEM IL-MAKKINARJU TA’ L-ITTIMBRAR U L-IPPAKKJAR TAL-BAJD

pr1177
Date Icon 10/08/2005
Illum il-Ministrughall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino, flimkien mas-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Biedja u s-Sajd Dr. Francis Agius żaru razzett tat-tiġieġ tal-bajd fejn raw kif qed jitħaddem il-makkinarju ta’ l-ittimbrar u l-ippakkjar tal-bajd. Dan kif hu stabbilit skond il-liġi ta’ l-Unjoni Ewropea 2259/03.
Dr. Agius qal liminkejja l-kritika li mhux ser isir l-ittimbrar kif pjanat, dan iż-żjara turi kemm kienet kritika żbaljata għax illum qed naraw bil-kontra. Dan il-proċess ta’ l-ittimbrar sar fuq domanda tal-konsumatur li kien qiegħed jitlob li jkun hemm traceability li tfisser minn fejn oriġina l-bajd sakemm jasal għand il-konsumatur. F’Malta għalhekk daħlet ukoll din il-liġi b’seħħ mill-ewwel ta’ Lulju 2005 u llum qed naraw kif issir il-proċess ta’ kif qed jittimbraw il-bajd kollu tat-tiġieġ għall-konsum.
It-timbru lijidentifika kif il-konsumatur Malti jkun jaf kif il-bajd li jkun qed jixtri hu prodott lokali u mhux impurtat, huma l-kliem MT li jfisser Malta , kif ukoll mill-aħħar erba’ numri li huma numru ta’ l-identifikazzjoni tar-razzett minn fejn ġej il-bajd.
B’din is-sistema issawieħed jista’ jittraċċa kull problema li tista’ tinqala mill-oriġini tal-bajda għat-tifqis tal-fellus li wara li jsir tiġieġa, tipproduċi l-bajda li jasal għand il-konsumatur.
Il-Ministru GeorgePullicino minn naha tiegħu saħaq li biex isir dan ir-ristrutturar meħtieġ fl-irziezet il-Gvern ta Lm2.4 miljun mill-1 ta’ Lulju 2002 sa April 2005 bħala parti mill-iSpecial Market Policy Program for Maltese Agriculture (SMPPMA). Barra din l-għajnuna finanzjarja hemm miżura ta’ għajnuna finanzjarja oħra li hija għal investiment strutturali ta’ l-Agrikoltura li hija magħrufa bħala it-3.1 u it-3.2, kif ukoll miżura ohra Ad Hoc għal dawk li huma produtturi full time.
Dan l-investiment, qalil-Ministru Pullicino, fir-ristrutturar qed ikompli jgħin lil din l-industrija tal-bajd biex tiftaħ swieq ġodda anke dawk ta’ l-esportazzjoni.
Il-Ministru Pullicinosahaq li f’Malta għandna vantaġġ kbir li l-bajd kollu li jkun hawn fis-suq huwa bajd frisk li jasal għand il-konsumatur f’ħin qasir.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow