Left arrow Mur Lura

IL-GVERN MHUX LEST JILQA’ TALBA ESAĠERATA GĦAL-SUSSIDJU FUQ L-OPERAT TAT-TRASPORT PUBBLIKU BI SKEDA

pr1172
Date Icon 09/08/2005
Illum,id-9 t’Awissu 2005 l-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq ingħata avviż ta’ azzjoni industrijali fi żmien 48 siegħa mill-Assoċazzjoni tat-Trasport Pubbliku (ATP), l-għaqda li tirrappreżenta is-sidien tal-karozzi tal-linja li jaħdmu bi skeda.
It-tilwimaindustrijali ġiet reġistrata minħabba li l-ATP m’hix sodisfatta bl-offerta li għamlu l-Gvern u l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta (ADT) għas-sussidju fuq l-operat tas-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda għas-sena 2005.
L-ATPqed titlob sussidju ta’ Lm1.7 miljuni. Dan is-sussidju qed jintalab minkejja li b’effett mill-1 ta’ Jannar 2005, in-nollijiet fuq ir-rotot bi skeda żdiedu b’5 ċenteżmi. Dan wassal għal żieda ta’ Lm1.5 miljuni fid-dħul tal-ATP. B’riżultat ta’ dan, id-dħul ġenerat mill-bejgħ tal-biljetti mistenni jiżdied minn madwar Lm5 miljuni fis-sena 2004 għal Lm6.5 miljuni din is-sena.
L-ATPqed tinsisti li għandha bżonn dħul kumplessiv ta’ Lm8.1 miljuni (Lm6.4 miljuni fi dħul mill-biljetti u Lm1.7 miljuni f’sussidju) biex tħaddem is-servizz bi skeda. Dan huwa ekwivalenti għal dħul gross ta’ madwar Lm16,000 għal kull xarabank, jiġifieri żieda ta’ Lm2,200 kull xarabank (16%) meta mqabbel mad-dħul gross li kienu jirċievu s-sidien fis-sena 2004.
Il-Gvernu l-ADT ma laqgħetx din it-talba u offriet sussidju ta’ Lm1.1 miljuni. Din l-offerta hija ibbażata fuq il-ftehim li kien iffirmat bejn il-Gvern, l-ADT u l-ATP għas-sena 2004 f’Ottubru li għadda, u aġġustat biex jirrifletti iż-żidiet fil-prezz tal-fuel u l-għoli tal-ħajja. Skond din il-proposta tal-Gvern u ADT, kull sid ta’ karozza tal-linja jirċievi dħul gross ta’ Lm14,800 għas-sena 2005 imqabbel ma’ Lm13,800 fis-sena 2004. Il-Gvern jemmen li żieda ta’ Lm1,000 tkopri sew iż-żieda fin-nefqa fl-operat li kull sid ta’ xarabank kellu matul din is-sena.
Ta’min iżid li flimkien mas-sussidju fuq l-operat li joħroġ il-Gvern, l-ADT bħas-snin ta’ qabel qed timpenja ruħha li tkompli tissussidja wkoll parti mill-ħlas tal-insurances tal-istess karozzi tal-linja. Dan is-sussidju din is-sena mistenni jlaħħaq il-Lm120,000.
Il-Gvernitenni li l-pożizzjoni li qed tieħu l-Assoċjazzjoni għalhekk m’hix ġustifikata u ser tagħmel ħsara lill-istess trasport pubbliku bi skeda.
Warali għal diversi snin kien qed ikun hemm tnaqqis fil-patrunaġġ tat-trasport pubbliku bi skeda, f’dawn l-aħħar sentejn dan is-servizz ra żieda nominali fil-patrunaġġ. Din l-azzjoni ma tawgurax tajjeb anqas għat-taħdidiet delikati li l-Awtorità dwar it-Trasport u l-Assoċjazzjoni jridu jibdew fil-ġranet li ġejjin dwar ir-riforma fit-tul tat-trasport pubbliku bi skeda.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow