IL-GVERN JIEĦU F’IDEJĦ IR-RESPONSABBILTA’ GĦAT-TMEXXIJA TA’ ŻONI INDUSTRIJALI
| “Issa | ser tibda l-ħidma biex din iż-żona tibqa’ nadifa u tkun dejjem iżjed organizzata għall-ġid ta’ min jaħdem hawn u ta’ min jiġi jixtri minn hawn. Sabiex ikun hemm kordinazzjoni aħjar għall-manutenzjoni u l-indafa ta’ dawn iż-żoni industrijali, il-Gvern qiegħed jieħu r-responsabbilita’ għat-tmexxija ta’ dawn iż-żoni.” Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, L-Onor. Edwin Vassallo kien qed jitkellem waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fiż-Żona Industrijali ta’ l-Imrieħel fi tmiem ix-xogħol infrastrutturali li kien qiegħed isir f’din iż-żona. |
| Ħdax-il | xahar ilu kienet ħarġet it-tender għall-kostruzzjoni mill-ġdid ta’ dawn id-disa’ toroq. Ix-xogħol ma kienx jikkonsisti biss f’għoti ta’ wiċċ it-triq bit-tarmak, iżda sar xogħol kbir fejn jidħlu servizzi ġodda ta’ l-ilma, drenaġġ, storm-water systems mat-triq kollha u bankini kompluti b’service culverts. Illum, x-xogħol kollu li kellu jsir huwa lest. F’din iż-żona ta’ l-Imrieħel il-Gvern investa b’aktar minn Lm1.5 Miljun. Kif wieħed jista’ jara, sar ħafna xogħol, u l-bidla minn kif kienu għal kif inhuma issa t-toroq tidher u tinħass, iżda għad baqa’ ħafna xi jsir. |
L-Onor. Vassallo qal li “Ser inkomplu naħdmu mal-Kunsilli Lokali ta’ dawn il-komunitajiet, iżda l-ispiża ta’ l-investiment ta’ dak li sar u dak li ser ikompli jsir ser tibqa’ spiża tal-Gvern Ċentrali. Sa ftit ilu, dawn it-toroq kienu toroq kollha trab, kienu passaġġi minn fejn kienu jbatu biex jgħaddu l-karozzi, iżda llum qegħdin naraw toroq mibnija kif suppost. Prosit u grazzi lill-kuntratturi li għamlu biċċa xogħol tajba u ħadmu mill-aħjar li setgħu. Grazzi wkoll lill-ADT li kienet l-Awtorita` li kkordinat ix-xogħol. Grazzi wkoll imur għal dawk kollha li jaħdmu f’din iż-żona u li għenu u kkoperaw biex ix-xogħol seta’ jsir.”
| “Illum | wasal fi tmiemu x-xogħol infrastrutturali ta’ għoti ta’ tarmak fiż-żona industrijali ta’ l-Imrieħel u b’hekk issa nistgħu nkomplu b’ħidma oħra fost is-self-employed u n-negozji żgħar biex nagħtu l-għajnuna tagħna sabiex intom tkunu tistgħu taħdmu aħjar f’din iż-żona industrijali.” |
| L-impenn | tal-Gvern huwa li din iż-żona industrijali, kif ukoll oħrajn bħal Ħandaq u Mosta, jkunu żoni industrijali organizzati, addattati biex jaħdmu n-nies fihom u anke biex il-konsumaturi jinqdew aħjar. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Edwin Vassallo kompla jgħid li “Irridu li ż-żoni industrijali jkunu mgħammra b’kull servizz u nkunu kapaċi nżommuhom nodfa. Għal dan il-għan, il-Gvern ħa r-responsabbilita’ sħiħa ta’ dawn iż-żoni f’idejh biex jara li jinżamm kuntatt ma’ dawk li jaħdmu f’dawn iż-żoni u biex jara li dak li hu meħtieġ li jsir, isir.” |
| Il-programm | ta’ ħidma tax-xogħol li baqa’ jsir jikkonsisti f’dawn l-inizjattivi: |
1. Twaħħil ta’ ismijiet tat-toroq fejn sa issa ma jeżistux
2. Installazzjoni ta’ madwar 51 bozza tad-dawl ġodda kull fejn hu meħtieġ
3. Twahhil ta’ numru ta’ tabelli, b’appelli sabiex iż-żona tinżamm nadifa
4. Jiġu introdotti sinjali u tabelli oħra tat-traffiku sabiex iż-żona tkun aktar
organizzata
5. Jiġi mfassal pjan ta’ servizzi ta’ l-indafa, b’koperazzjoni mas-sidien.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo temm b’appell lil kull min jaħdem f’żoni industrijali. “Din iż-żona industrijali hija darkom, minn hawn taħdmu u tbiegħu il-prodotti u s-servizzi tagħkom. Ibżgħu għax-xogħol li sar. Żommu dawn it-toroq nodfa. Kunu organizzati fil-postijiet tagħkom u araw li din iż-żona industrijali tibqa’ oganizzata. Il-Gvern, permezz tas-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, għandu programm ta’ ħidma xi jwettaq, u bil-għajnuna tagħkom, irridu nkomplu nkunu ta’ appoġġ kontinwu għalikom.”
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946