Left arrow Mur Lura

Iktar restawr ta’ kappelli u bini storiku mit-Taqsima tar-Restawr

pr1169
Date Icon 09/08/2005
Ħaddiemamit-Taqsima tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qed iwettqu ħidma varja f’diversi bliet u rħula madwar Malta. Ħidma li qeda ssarraf sabiex kappelli u bini storiku li ilhom mitluqin snin twal jerġgħu jingħataw id-dehra li tixirqilhom. Dan qalu l-Ministru Ninu Zammit meta żar xogħol ta’ restawr li qed jitwettaq fuq il-kappella ta’ Santa Marija Madalena f’Ħad Dingli.
Dinil-kappella tinsab f’xifer l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli, f’wieħed mill-iktar postijiet pittoreski f’pajjiżna. Il-kappella kif inhi llum, reġgħet inbniet mill-ġdid f’nofs is-seklu sbatax, għalkemm il-preżenza ta’ kappella dedikata lil din il-qaddisa f’dan il-post, tmur lura b’ċertezza għal mill-inqas mitejn sena qabel. Il-kappella hija proprjeta’ tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli.
Il-MinistruNinu Zammit qal li l-kappella kienet f’kundizzjoni relattivament tajba minn barra, u x-xogħol li kien meħtieġ li jsir kien wieħed ta’ manutenzjoni. Il-kappella kellha bżonn xogħol estensiv minn ġewwa. Dan minħabba li l-ħitan kienu f’xi żmien fil-passat, ġew miksija bis-siment, li mhux kompatibbli mal-ġebla. Meta dan tneħħa, kixef stil ta’ kostruzzjoni primittiva, billi l-ħitan minn ġewwa sal-livell tal-gwarniċa, kienu nbnew bis-sejjieħ, għajr għal kantunieri ta’ l-istess ħitan. Għaldaqstant dawn reġgħu ġew miksija, din id-darba permezz ta’ taħlita bbażata fuq il-ġir.
It-Taqsimatar-Restawr wettqet ukoll xogħol fuq id-daħla storika fil-viċinanzi tal-Palazz tal-Girgenti, liema arkata kienet inbniet fl-1728. Din kienet intlaqtet minn inġenji waqt xogħol ta’ twessiegħ tat-triq xi snin ilu, u baqgħet qatt ma tranġat. Illum il-ġurnata reġgħat ingħatat id-dehra li tixirqilha mill-ħaddiema fi ħdan din it-Taqsima.
Il-MinistruNinu Zammit elenka wkoll numru ta’ xogħlijiet ta’ restawr li qed iwettaq il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Huwa semma r-restawr fuq l-Iljun tal-Floriana, l-istatwa u z-zuntier ta’ San Ġużepp f’Ħal-Lija u l-arkata tal-Ġnien Re Ġorġ V fil-Floriana. Bħala kappelli, il-Ministru Zammit qal li ntemm xogħol fuq il-kappella ta’ San Ġakbu fiż-Żurrieq, għaddej xogħol fil-Knisja ta’ Sarria fil-Furjana u nbeda xogħol f’dik dedikata lill-Lunzjata fil-Gudja. Għaddej ukoll xogħol ta’ installazzjoni ta’ sistema ta’ illuminazzjoni għall-arkati ta’ l-Akwadotti ta’ Wignacourt, liema arkati ġew restawrati fl-aħħar xhur. “Dawn huma kollha xogħlijiet li qed jitwettqu bl-għan li jsebħu l-pajsaġġ Malti u fuq kollox jippreservaw il-wirt storiku kbir li jgawdi minnu pajjiżna” temm il-Ministru Ninu Zammit.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow