SKOLASAJF 2005: ANIMAL AWARENESS DAY
Skolasajf toffri l-opportunità lill-istudenti ta' programmi edukattivi u kreattivi tul ix-xhur tas-sajf, biex filwaqt li juzaw il-hin liberu taghhom b'mod produttiv, ikunu qed jilaghbu u jitghallmu ma' shabhom.
Skolasajf 2005 hi programm f'Malta u Ghawdex fejn ghalih jattendu madwar 3,600 tifel u tifla mir-raba', l-hames u s-sitt klassi li jattendu l-iskejjel primarji ta' l-iStat, Knisja u Indipendenti. Skolasajf titmexxa minn madwar 290 studenti universitarji u madwar 130 kapijiet/assistenti kapijiet/ghalliema bhala ko-ordinaturi fic-centri. Tfal li jattendu l-iskola tal-gvern bl-ghajnuna ta' 'facilitator' ghandhom dan is-servizz ukoll, filwaqt li t-tfal li jattendu l-iskejjel specjali tal-gvern ghandhom programmi apposta. Hemm ukoll 17-il centru fejn qed isir Klabbsajf, program specjalizzat ta' ghajnuna edukattiva.
| Bhala parti mill-attivitajiet ta' Skolasajf, l-ewwel Gimgha tax-xahar | ta' Awissu hi dedikata lill-harsien ta' l-annimali. F'din il-gurnata jsiru diversi attivitajiet biex titqajjem kuxjenza dwar il-harsien ta' l-annimali kif ukoll biex l-istudenti jigu mhegga jhobbu, jirrispettaw u jerfghu r-responsabbilta' ta' l-annimali domestici taghhom. L-S.P.C.A. qed taghmel zjarat f'diversi centri ta' Skolasajf fejn qed jitwettaq programm ta' tlett sighat li jwassal messagg permezz ta sessjonijiet prattici, interattivi w edukattivi mat-tfal. |
| F'din l-okkazjoni, id-direttur ghas-Servizzi ghall-Istudent u | ghar-Relazzjonijiet Internazzjonali, Ms. M. R. Mifsud zaret ic-Centru ta' Skolasajf Francis Ebejer fiz-Zurrieq fejn ittella' programm biex ifakkar din il-gurnata. Hi qalet li l-ghozza ta' l-annimali turi kemm pajjiz hu zvilupat u edukat filwaqt li l-mohqrija ta' l-annimali turi nuqqas ta' rispett lejn il-valuri tal-hajja. L-edukazzjoni hi l-aqwa mezz biex il-mohqrija ta' l-annimali tigi kkontrollata u eliminata. It-tema li ntghazlet ghal Skolasajf din is-sena hi 'It-tfal Cittadini b'Impenn'. Qed niffukaw fuq l-oqsma ta' sahha, kultura u ambjent. Dan fl-okkazjoni tas-sena Ewropea tac-cittadinanza permezz ta' l-Edukazzjoni. Fost l-attivitajiet ta' Skolasajf hemm drama, playlets, letteratura, poeziji, kanzunetti, wirjiet, u prezentazzjonijiet mill-istudenti. |
| Id-Direttur zaret ukoll sessjoni ta' Klabbsajf, programm specjalizzat | fi hdan Skolasajf ghal dawk l-istudenti li waqt is-sena skolastika jinghataw edukazzjoni kumplimentari. Ghal dawn l-istudenti, id-Direttur ircieviet sponsorship ta' kotba, u materjal edukattiv mill-HSBC Cares for Children Fund. Id-Direttur ircieviet wkoll donazzjoni ta' apparat sportiv u materjal edukattiv minghand Paolo Bonnici Ltd., li hi ditta li tirrapprezenta lill-Weetabix f'Malta. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946