Left arrow Mur Lura

Ġimgħa ta’ laqgħat ma’ aktar minn 2000 edukatur

pr1161
Date Icon 08/08/2005
Il-Ministruta’ l-Edukazzjoni Louis Galea iltaqa` ma’ kapijiet u għalliema Għawdxin fis-Sala ta’ l-Iskola Sekondarja Ninu Cremona f’Għawdex.  B’hekk il-Ministru Galea temm ġimgħa mimlija laqgħat ta’ informazzjoni għall-edukaturi, u li għalihom attendew ’l fuq minn 2,000 edukatur. Dawn il-laqghat ittrattaw il-proposti tal-Gvern għal riformi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni. F’seba’ sessjonijiet, filgħodu u filgħaxija, il-Ministru Galea iltaqa` ma’ aktar minn elfejn għalliem, inkluż Kindergarten Assistants u Facilitators, biex ifiehem il-proposti mfissra fid-dokumenti “Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll” li tnieda  erba’ ġimgħat ilu.
Il-MinistruGalea spjega li f’Għawdex jeżistu ċ-ċirkostanzi tajbin ħafna biex l-iskejjel tal-Gvern jiżviluppaw f’Kulleġġ bil-karatteristiċi kollha.  Il-proposta tal-Ministeru hi li f’Settembru li ġej Għawdex ikun wieħed mit-tliet proġetti pilota bl-iskop li dawk kollha nvoluti jiskopru b’mod aktar konkret xi tfisser l-idea tal-Kulleġġ.  Iż-żewġ proġetti pilota l-oħra hu maħsub li jkunu dawk tal-Kottonera u ta’ Ħal Kirkop.
F’Għawdexl-iskejjel primarji kollha tal-Gvern jiġu minsuġa flimkien u jintrabtu maż-żewġ skejjel sekondarji Agius De Soldanis tat-tfajliet u Ninu Cremona tas-subien. Il-Ministeru għal Għawdex ser jibqa’ jkollu interess dirett fl-iżvilupp edukattiv f’Għawdex u jibqa’ nvolut fil-ko-ordinament tas-servizzi.  Il-Ministru Galea qal ukoll li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) qed tanalizza l-bżonnijiet ta’ l-iskejjel Għawdxin biex tipproponi pjan speċjali għall-immodernizzar ta’ l-iskejjel kollha tal-Gvern f’Għawdex.
Il-MinistruGalea ltaqa’ wkoll ma’ rappreżentanti tal-ġenituri li jaħdmu fl-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Skolastici (AKS).  Il-ġenituri nformaw lill-Ministru li ser jorganizzaw konferenza nazzjonali għall-ġenituri fit-2 ta’ Settembru fil-Lukanda Dolmen f’Buġibba. Il-ġenituri jridu aktar informazzjoni dwar l-iżviluppi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni u jridu li jagħtu l-kontribut tagħhom.
Il-KunsillMalti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali ffissa d-data tat-Tnejn, 22 ta’ Awwissu, għal-laqgħa bejn il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni u l-partijiet soċjali, membri fil-Kunsill biex jiddiskutu l-pjanijiet tal-Gvern għall-iżvilupp tas-sistema edukattiva.
Il-proċessta’ diskussjonijiet u negozjati bejn l-MUT u l-Ministeru beda u mistenni jkompli fil-ġranet li ġejjin.  Il-Ministru qed jiltaqa` wkoll ma’ l-Unions l-oħra u l-korpi kostitwiti.
Il-MinistruLouis Galea fisser l-apprezzament tiegħu għall-interess qawwi li qed juru l-għalliema u l-ġenituri fil-proposti tal-Gvern għat-tisħiħ tas-sistema edukattiva.  Il-Ministru japprezza wkoll l-pożizzjoni pożittiva ta’ l-Alternattiva Demokratika dwar dawn il-proposti u lest jiltaqa` mar-rappreżentanti tagħha biex jiddiskuti l-punti li qed jitqanqlu bil-ħsieb li jinstabu s-soluzzjonijiet li jkunu ta’ l-akbar ġid għall-edukazzjoni ta’ ulied il-poplu.

Fil-laqgħat il-Ministru Galea spjega fid-dettal il-proġett li l-iskejjel primarji u sekondarji jiġu minsuġa f’numru ta’ Kulleġġi li jgawdu livell għoli ta’ awtonomija.  Huwa wieġeb il-mistoqsijiet kollha li sarulu minn dawk preżenti u stieden lil kulħadd biex jibgħat ir-reazzjonijiet u l-mistoqsijiet tiegħu fuq il-website tal-Ministeru www.education.gov.mt/networks.htm.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow