Left arrow Mur Lura

MALTA SER TIBQA TINSISTI GHALL-GĦAJNUNA

pr1160
Date Icon 07/08/2005

Fid-dawl tal-problemi li qed tiffaċċja bl-influss qawwi ta’ immigranti rregolari li qed jiżbarkaw regolarment fuq ix-xtut tagħna, Malta ser tibqa tinsisti għall-għajnuna mill-Unjoni Ewropea.   Dan stqarru l-Viċi Prim Ministru Tonio Borg ftit wara li ppublika ittra li bagħat lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Franco Frattini.

“ Malta ser tibqa tinsisti li tingħata għajnuna biex ittaffi l-piżijiet li qed ikollha terfa minħabba l-influss ta’ immigranti rregolari.   Malta ma tistax u ma tiflaħx terfa waħedha dan il-piż u għalhekk ktibt lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Franco Frattini biex jgħin lill-pajjiżna jegħleb din l-emerġenza.”  Hekk qal il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg.  

Fl-ittra lil Franco Frattini, il-MinistruTonio Borg ħeġġeġ lill-Kummissjoni biex twaqqaf Fond ta Emerġenza sabiex tgħin lil pajjiżi bħal Malta li huma milquta minn influss f`daqqa ta` immigranti., bħalma hemm diġa `fl-Unjoni Ewropea fond għal emerġenzi ta` diżastri naturali.   Huwa talab lill-Kummissjoni sabiex tassisti ukoll lil Malta biex persuni li ingħataw protezzjoni f’Malta, jingħataw residenza jew impjieg f’pajjiżi Membri oħra u biex isir ripatriju, l-iktar permezz ta’ titjiriet konġunti ta’ persuni mingħajr dokumenti.
“B’hekk” temm jgħidil-Viċi Prim Ministru, “l-Unjoni tkun qed turi bil-provi li lesta tgħin biex Malta ma tiffaċċjax il-problema ta’ l-immigrazzjoni rregolari waħedha imma ssib is-solidarjeta’ ta’ pajjiżi membri oħra”.

Kopja tat-test ta’ l-ittra tal-Ministru Tonio Borg lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Franco Frattini.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow