DISKORS TAL-VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-GUSTIZZJA U L-INTERN DR TONIO BORG WAQT L-IFFIRMAR TAL-KUNTRATT TA' DEVOLUZZJONI TAL-FORTIZZA TA' SANT'ANTNIN LILL-KUNSILL LOKALI TAL-QALA
Il-Fortizza ta' Sant'Antnin inbniet fil-bidu tas-Seklu 18 biex isservi bhala difiza tal-kosta u l-fliegu bejn Ghawdex u Kemmuna. Hu mahsub li l-Fortizza, mibnija fi zmien il-Gran Mastru Manoel de Vilhena, saret fuq disinn ta' l-inginier Franciz Charles Francois Mondion bejn l-1731 u l-1732.
Digà kellna xhieda ta' bini iehor f'lokalitajiet differenti f'Malta, li meta ghadda f'idejn il-Kunsilli Lokali inghata l-hajja mill-gdid. Diversi Kunsilli irnexxielhom jittrasformaw bini li kien intesa ghax thalla fi stat ta' abbandun, f'bejta ta' attivitajiet kulturali ghall-beneficcju tar-residenti taghhom, tal-Maltin u tat-turisti li jsuru pajjizna. Mhux biss, izda dawn il-proprjetajiet ifissru ukoll dhul finanzjarju addizzjonali ghall-Kunsilli. Tajjeb li nfakkar li f'dawn l-ahhar hdax-il sena, il-Kunsilli kellhom dhul ta' kwazi 100 miljun lira Maltin, flus li ntefqu ghal gid tal-komunitajiet lokali.
Fl-1999 il-Gvern addotta politika gdida li permezz taghha bhala parti mill-process ta' devoluzzjoni lokali jghaddi l-amministrazzjoni ta' proprjeta pubblika b'titlu legali maqbul mad-Dipartiment ta' l-Artijiet lill-Kunsilli Lokali. Sal-lum mhux inqas minn 38 Kunsill, f'Malta u Ghawdex, inghataw 52 proprjetà pubblika li jvarjaw minn gonna pubblici u facilitajiet sportivi sa bini u strutturi antiki taht l-art. Il-Gvern ser ikompli b'din il-politika ghax jemmen li l-Kunsilli jistghu jkabbru l-valur mizjud ta' din il-proprjeta.
Dan il-process hu wiehed importanti hafna fit-tishih tad-'demokrazija lokali' kemm minhabba l-fatt li jitkabbru r-responsabbiltajiet tal-Kunsilli Lokali kif ukoll ghaliex dan iservi ta' sors indipendenti ta' dhul ghall-istess Kunsilli Lokali. Il-politika tal-Gvern dwar "Devoluzzjoni Lokali" kienet politika ta' success u llum issarfet f'diversi progetti maghmula mill-Kunsilli Lokali ghall-beneficcju tal-lokalitajiet taghhom. Ezempji huma:
- l-izvilupp ta' centri civici, li jinkorporaw ufficcji amministrattivi tal-Kunsill, health clinics u u swali tal-komunita',
- l-amministrazzjoni ta' bini storiku, bhal ma hu l-Istazzjon l-Antik tal-Ferrovija lill-Kunsill Lokali ta' Birkirkara,
- l-amministrazzjoni ta' postijiet ghal skopijiet turistici u kulturali, bhall-Mithna tax-Xarolla lill-Kunsill Lokali taz-Zurrieq, u d-Dar tal-Kejka lill-Kunsill Lokali ta' Hal Tarxien,
- l-amministrazzjoni ta' football pitches ghal skopijiet sportivi, u
- l-amministrazzjoni ta' gonna pubblici biex ikunu zviluppati b'mod li l-Kunsill ikun jista' jaghmel tajjeb ghall-ispejjez ta' manutenjoni u spejjez ohra konnessi.
L-esperjenza uriet li l-Kunsilli Lokali gharfu kif ghandhom jizviluppaw proprjeta' pubblika fil-lokalita' taghhom b'mod li filwaqt li din il-proprjeta' tintuza b'mod ahjar u ghall-beneficcju tar-residenti tal-lokalita', fl-istess hin jitharsu l-interessi storici, kulturali u ta' xorta ohra li jkollha dik il-proprjeta'.
Il-progett li qed jissotometti l-Kunsill Lokali tal-Qala ghad-devoluzzjoni tal-Fortizza ta' Sant'Antnin f'Ras il-Qala, hu wiehed ambizzjuz u fl-istess hin jaghraf izewweg il-htigijiet ta' preservazzjoni u dak kulturali. Fost l-ghanijiet li ghandu l-Kunsill Lokali tal-Qala hemm li din il-proprjeta' li tinsab fi stat ta' abbandun, tigi rrestawrata u tintuza wkoll ghal wirjiet.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946