TNEĦĦIJA TA’ TRAILERS U CABIN CRUISER MILL-MISTRA
pr1155
04/08/2005
| Ħaddiema | tal-kuntrattur taħt it-tmexxija ta’ uffiċjali mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu dalgħodu wettqu ħidma biex ineħħu mill-bajja tal-Mistra trailers u cabin cruiser li kienu ilhom mitluqa fil-bajja. |
| Din | il-ħidma, li nkludiet il-ġarr minn fuq il-post ta’ sitt trailers u cabin cruiser, hi parti minn kampanja għat-tindif tax-xtut li qed iwettaq il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u biex nagħmlu x-xtut f’pajjiżna aktar aċċessibbli għall-pubbliku. |
| Ħaddiema | mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura jnaddfu l-ġimgħa kollha x-xtut ta’ pajjiżna u jbattlu bins minn skart li jinġemgħa matul il-jum filwaqt li l-Awtorita’ għat-Turiżmu tgħin finanzjarjament lil Kunsilli Lokali f’lokalitajiet frekwentati mit-turisti biex inaddfu t-toroq darbtejn fil-ġimgħa mill-Ħamis sal-Ħadd. L-istess Awtorita’ tgħin ukoll biex jinħaslu promenades frekwentati sew mill-Maltin kif ukoll mit-turisti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946