Left arrow Go Back

TNEĦĦIJA TA’ TRAILERS U CABIN CRUISER MILL-MISTRA

pr1155
Date Icon 04/08/2005
Ħaddiematal-kuntrattur taħt it-tmexxija ta’ uffiċjali mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu dalgħodu wettqu ħidma biex ineħħu mill-bajja tal-Mistra trailers u cabin cruiser li kienu ilhom mitluqa fil-bajja.
Dinil-ħidma, li nkludiet il-ġarr minn fuq il-post ta’ sitt trailers u cabin cruiser, hi parti minn kampanja għat-tindif tax-xtut li qed iwettaq il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u biex nagħmlu x-xtut f’pajjiżna aktar aċċessibbli għall-pubbliku.
Ħaddiemamill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura jnaddfu l-ġimgħa kollha x-xtut ta’ pajjiżna u jbattlu bins minn skart li jinġemgħa matul il-jum filwaqt li l-Awtorita’ għat-Turiżmu tgħin finanzjarjament lil Kunsilli Lokali f’lokalitajiet frekwentati mit-turisti biex inaddfu t-toroq darbtejn fil-ġimgħa mill-Ħamis sal-Ħadd. L-istess Awtorita’ tgħin ukoll biex jinħaslu promenades frekwentati sew mill-Maltin kif ukoll mit-turisti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow