Left arrow Mur Lura

Kunċert miż-ŻĦN b’Risq il-Fondazzjoni Suret il-Bniedem

pr1151
Date Icon 03/08/2005
F’konferenzata’ l-aħbarijiet, il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjeta’ Soċjali, Dolores Cristina, nediet bidu ta’ kollaborazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Fondazzjoni Suret il-Bniedem u  l-Moviment Żgħażagħ Ħaddiema Nsara.
“Nemmenli kollaborazzjoni ta’ din in-natura bejn il-qasam ta’ l-edukazzjoni informali fost iż-żgħażagħ, bħalma hu l-moviment ŻĦN, u dak ta’ ħidma soċjali aktar diretta, bħax-xogħol tal-Fondazzjoni Suret il-Bniedem, huwa importanti għall-iżvilupp u l-mixja ’l quddiem taċ-ċittadini kollha,” qalet il-Ministru Cristina. “Il-Volontarjat sar għandu saħħa kbira f’pajjiżna, u filwaqt li hu mifrux sew u attiv ħafna, jħalli impatt siewi fuq il-kwalita’ tal-ħajja ta’ ħafna nies,” kompliet tgħid il-Ministru.
Il-volontarjat huwa parti essenzjali mill-kuxjenza soċjali tal-popluMalti u ta’ spiss jagħti sehem importanti f’ħidma biex jingħelbu xi diffikultajiet li s-soċjeta’ Maltija tħabbat wiċċha magħhom, minn żmien għal żmien. Ix-xogħol tal-Fondazzjoni Suret il-Bniedem u dik tal-Moviment Żgħażagħ Ħaddiema Nsara kontra l-esklużjoni soċjali hija parti mill-firxa ta’ servizzi li joffri il-volontarjat illum.
F’għeluqis-60 sena mit-twaqqif tal-moviment Żgħażagħ Ħaddiema Nsara f’Malta qed jittellgħu diversi inizjattivi minn voluntiera żgħażagħ. Fost dawn hemm

·     Programm fuq ir-Radju RTK,

·     Esibizzjoni li qegħda ddur il-parroċċi minn ġimgħa għal ġimgħa,

·     Skambju taż-żgħażagħ bejn membri tal-moviment ŻĦN f’Malta u membri ta’ l-istess moviment fi Franza, l-Italja u l-Ingilterra, bejn il-21 u t-28 t’Awwissu,

·     U l-Kunċert Strummin 4 Peace li ser jittella’ nhar is-Sibt 27 t’Awwissu ġewwa t-Teatru Grieg fil-Park Nazzjonali ta’ Ta Qali.  

Dawnl-attivitajiet qed jittellgħu bis-support tal-Programm Youth ta’ l-Unjoni Ewropea
Id-dħulmill-kunċert li, fl-organizzazzjoni tiegħu qed jipparteċipaw madwar mitt żagħżugħ u żagħżugħa, ser imur b’riżq il-Fondazzjoni Suret il-Bniedem.
Il-Kunċertser jiċċelebra wkoll bidu ta’ kollaborazzjoni aktar mill-qrib bejn Il-Fondazzjoni Suret il-Bniedem u l-moviment Żgħażagħ Ħaddiema Nsara. Żewġ entitajiet distinti iżda b’għan aħħari komuni – dak li jtejbu il-ħajja tagħhom u tas-soċjeta’ li jgħixu fiha.
Iż-ŻĦNu SIB jħossu li inizjattivi bħal dawn għandhom jiġu kkupjati mid-diversi entitajiet li jaħdmu biex tonqos l-esklużjoni soċjali.  Ir-riżorsi jintużaw b’aktar effiċjenza, b’ħidma flimkien bejn diversi setturi.
Il-KunċertStrummin 4 Peace ser jiċċelebra ż-żgħożija li tixtieq taħdem għal dinja aħjar u lesta tħares lil hinn minnha, lejn realtajiet ta’ tbatija soċjali, sabiex tieħu azzjoni u tagħti sehemha għal dinja aħjar.
Kullmin irid b’xi mod jgħin f’din il-kollaborazzjoni jista’ jċempel fuq 79244418 jew jibgħat email fuq zhn@zhnmalta.org. Il-preżenza ta’ kulħadd waqt il-kunċert tagħti messaġġ ta’ kuraġġ sabiex iż-żgħażagħ mhux biss jużaw il-potenzjal posittiv tagħhom, imma jibqgħu jagħmlu dan fid-dawl tad-diversi bżonnijiet soċjali. Iż-ŻĦN jħeġġu ż-żieda ta’ kollaborazzjoni ma’ setturi differenti sabiex il-pajjiż ikun aħjar.

Biljetti għall-Kunċert jinxtraw minn Morgan, D’Amato Records, Miss Selfridge, Hot Couture jew permezz ta’ email fuq tickets@zhnmalta.org.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow