Kunċert miż-ŻĦN b’Risq il-Fondazzjoni Suret il-Bniedem
| F’konferenza | ta’ l-aħbarijiet, il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjeta’ Soċjali, Dolores Cristina, nediet bidu ta’ kollaborazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Fondazzjoni Suret il-Bniedem u l-Moviment Żgħażagħ Ħaddiema Nsara. |
| “Nemmen | li kollaborazzjoni ta’ din in-natura bejn il-qasam ta’ l-edukazzjoni informali fost iż-żgħażagħ, bħalma hu l-moviment ŻĦN, u dak ta’ ħidma soċjali aktar diretta, bħax-xogħol tal-Fondazzjoni Suret il-Bniedem, huwa importanti għall-iżvilupp u l-mixja ’l quddiem taċ-ċittadini kollha,” qalet il-Ministru Cristina. “Il-Volontarjat sar għandu saħħa kbira f’pajjiżna, u filwaqt li hu mifrux sew u attiv ħafna, jħalli impatt siewi fuq il-kwalita’ tal-ħajja ta’ ħafna nies,” kompliet tgħid il-Ministru. |
| Il-volontarjat huwa parti essenzjali mill-kuxjenza soċjali tal-poplu | Malti u ta’ spiss jagħti sehem importanti f’ħidma biex jingħelbu xi diffikultajiet li s-soċjeta’ Maltija tħabbat wiċċha magħhom, minn żmien għal żmien. Ix-xogħol tal-Fondazzjoni Suret il-Bniedem u dik tal-Moviment Żgħażagħ Ħaddiema Nsara kontra l-esklużjoni soċjali hija parti mill-firxa ta’ servizzi li joffri il-volontarjat illum. |
| F’għeluq | is-60 sena mit-twaqqif tal-moviment Żgħażagħ Ħaddiema Nsara f’Malta qed jittellgħu diversi inizjattivi minn voluntiera żgħażagħ. Fost dawn hemm |
· Programm fuq ir-Radju RTK,
· Esibizzjoni li qegħda ddur il-parroċċi minn ġimgħa għal ġimgħa,
· Skambju taż-żgħażagħ bejn membri tal-moviment ŻĦN f’Malta u membri ta’ l-istess moviment fi Franza, l-Italja u l-Ingilterra, bejn il-21 u t-28 t’Awwissu,
· U l-Kunċert Strummin 4 Peace li ser jittella’ nhar is-Sibt 27 t’Awwissu ġewwa t-Teatru Grieg fil-Park Nazzjonali ta’ Ta Qali.
| Dawn | l-attivitajiet qed jittellgħu bis-support tal-Programm Youth ta’ l-Unjoni Ewropea |
| Id-dħul | mill-kunċert li, fl-organizzazzjoni tiegħu qed jipparteċipaw madwar mitt żagħżugħ u żagħżugħa, ser imur b’riżq il-Fondazzjoni Suret il-Bniedem. |
| Il-Kunċert | ser jiċċelebra wkoll bidu ta’ kollaborazzjoni aktar mill-qrib bejn Il-Fondazzjoni Suret il-Bniedem u l-moviment Żgħażagħ Ħaddiema Nsara. Żewġ entitajiet distinti iżda b’għan aħħari komuni – dak li jtejbu il-ħajja tagħhom u tas-soċjeta’ li jgħixu fiha. |
| Iż-ŻĦN | u SIB jħossu li inizjattivi bħal dawn għandhom jiġu kkupjati mid-diversi entitajiet li jaħdmu biex tonqos l-esklużjoni soċjali. Ir-riżorsi jintużaw b’aktar effiċjenza, b’ħidma flimkien bejn diversi setturi. |
| Il-Kunċert | Strummin 4 Peace ser jiċċelebra ż-żgħożija li tixtieq taħdem għal dinja aħjar u lesta tħares lil hinn minnha, lejn realtajiet ta’ tbatija soċjali, sabiex tieħu azzjoni u tagħti sehemha għal dinja aħjar. |
| Kull | min irid b’xi mod jgħin f’din il-kollaborazzjoni jista’ jċempel fuq 79244418 jew jibgħat email fuq zhn@zhnmalta.org. Il-preżenza ta’ kulħadd waqt il-kunċert tagħti messaġġ ta’ kuraġġ sabiex iż-żgħażagħ mhux biss jużaw il-potenzjal posittiv tagħhom, imma jibqgħu jagħmlu dan fid-dawl tad-diversi bżonnijiet soċjali. Iż-ŻĦN jħeġġu ż-żieda ta’ kollaborazzjoni ma’ setturi differenti sabiex il-pajjiż ikun aħjar. |
Biljetti għall-Kunċert jinxtraw minn Morgan, D’Amato Records, Miss Selfridge, Hot Couture jew permezz ta’ email fuq tickets@zhnmalta.org.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946