SKEMA TA’ ASSISTENZA FINANZJARJA GĦALL-GĦAQDIET MHUX GOVERNATTIVI U GRUPPI TA’ VOLONTARJAT F’GĦAWDEX
pr1150
03/08/2005
| Il-Ministeru | għal Għawdex qed jerġa’ jniedi l-Iskema t’Assistenza Finanzjarja lill-Għaqdiet mhux Governattivi u Gruppi ta’ Volontarjat Għawdxin jew li joffru servizz fil-gżira Għawdxija, membri ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ l-Organizzazzjonijiet mhux Governativi Għawdxin. Dan isir sabiex is-settur tal-Volontarjat ikun jista’ jtejjeb l-ħidma tiegħu u għaldaqstant isaħħaħ it-tessut soċjali Għawdxi. Matul is-sena li għaddiet ’il fuq minn mitt għaqda minn setturi differenti bbenefikaw minn din l-iskema – b’kollox tqassmu xi erbatax-il elf lira. |
| L-applikazzjonijiet | jistgħu jinġabru miċĊentru għall-Għaqdiet mhux Governattivi, Xewkija (tel. 21565492), jew mill-Ministeru għal Għawdex (tel. 21561482). L-Organizzazzjonijiet li diġa’ huma membri reġistrati se jirċievu kopja bil-posta. Il-formoli mimlija sewwa jridu jaslu ċ-Centru sa l-aħħar ta’ Settembru. |
Għal iktar informazzjoni, tista’ tintbagħat Email fuq ngocentregozo@gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946