Taqsima ta’ l-Aluminium għall-iskejjel f’Għawdex
pr1149
03/08/2005
| Id-Dipartiment | Customer Services fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex għaddej bl-aħħar preparamenti u xogħlijiet neċessarji sabiex iwaqqaf taqsima ta’ l-aluminium f’Għawdex. Din it-taqsima se twettaq xogħol ta’ l-aluminium għall-Ministeru għal Għawdex, bi prijorita’ mogħtija għall-bżonnijiet ta’ l-iskejjel f’Għawdex. |
| Numru | ta’ ħaddiema tal-gvern se jiġu trasferiti minn dipartimenti oħra għal din it-taqsima l-ġdida, li se taħdem minn workshops mwaqqfa apposta fi spazju disponibbli fl-Iskola primarja Karmni Grima fl-Għarb. |
| Il-Ministru | għal Għawdex, Giovanna Debono, li żaret ix-xogħlijiet f’dawn il-workshops qalet li d-deċiżjoni li titwaqqaf din it-taqsima twassal għal iktar produttivita’ u effettivita’ fi ħdan is-servizz pubbliku f’Għawdex peress li tfittex li tagħmel użu massimu mill-potenzjalita’ tar-riżorsi umani disponibbli. Il-ħaddiema li se jaħdmu f’din it-taqsima ġew mogħtija korsijiet ta’ taħriġ mill-ġdid fis-sengħa ta’ l-aluminium mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (Għawdex). Huma se jkunu jistgħu jibdew jaħdmu mill-workshops il-ġodda, mix-xahar id-dieħel. |
| Il-Ministru | Giovanna Debono qalet li l-Ministeru għal Għawdex investa bis-sħiħ sabiex itejjeb l-infrastruttura fl-iskejjel t’Għawdex għall-benefiċċju tal-mijiet ta’ studenti u l-familji tagħhom li jagħmlu użu minnhom ta’ kuljum. Xogħlijiet, fuq livelli differenti, saru fl-iskejjel kollha t’Għawdex għalkemm baqa’ iktar xogħol x’isir. |
| Il-programm | kontinwu ta’ modernizzar tal-faċilitajiet sanitarji fl-iskejjel t’Għawdex qiegħed bħalissa jitkompla fl-iskola primarja Ġuże’ Aquilina u Special Unit f’Sannat, fejn xogħlijiet oħra, inkluż dawk fin-naħa amministrattiva u pubblika, kif ukoll xogħlijiet marbuta maż-żieda ta’ aċċessibilita’ għall-istudenti bi bżonnijiet speċjali, jinsabu għaddejjin. |
| Fl-iskola | primarja Sir Arturo Mercieca fir-Rabat ukoll għaddej xogħol ta’ tibjid u għoti ta’ kuluri ġodda lill-klassijiet. Fil-ġimgħat li ġejjin, f’din l-iskola flimkien ma’ l-iskola tal-mużika f’Sannat, se jsir xogħol intensiv ta’ restawr fuq il-faċċata ta’ l-iskejjel, li wkoll għandhom ikunu lesti sal-bidu tas-sena akkademika f’Settembru. |
| Fil-ġimgħat | li ġejjin, mistennija jibdew iktar xogħlijiet fi skejjel differenti. L-ikbar proġett li se jinbeda dan is-sajf, fil-qasam ta’ l-edukazzjoni f’Għawdex, huwa dak tad-diżinn mill-ġdid tas-sistema elettrika kollha fl-iskejjel sekondarji Ninu Cremona u Agius de Soldanis fir-Rabat. Se jinxtraw ukoll numru ta’ computers għall-kapijiet ta’ l-iskejjel primarji kollha filwaqt li qed jiġu ppreparati tenders oħra għal iktar xogħlijiet fl-iskola Agius de Soldanis u skola primarja Rosa Magro fix-Xewkija. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946