Left arrow Go Back

Titjib fl-Iskejjel għal Edukazzjoni ta’ Kwalità

pr1148
Date Icon 03/08/2005
“L-organizzazzjonita’ l-iskejjel tal-Gvern f’kulleġġi ser iżżid il-ħidma tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS).  Biex il-Kulleġġi jilħqu l-milja tagħhom u jaħdmu kif inhu pjanat hemm bżonn numru ta’ skejjel sekondarji u junior lyceums ġodda u hemm bżonn li jitjiebu u jisbieħu l-ambjenti u l-faċilitajiet f’kull skola primarja u sekondarja, għax l-ambjenti ta’ l-iskejjel għandhom effett fuq l-kwalità ta’ l-edukazzjoni”.  Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea meta żar l-iskejjel primarji f’Ħal-Qormi (San Bastjan).  Din l-iskola hi waħda minn aktar minn 30 skola fejn dan is-sajf qed isir xogħol ta’ estensjoni, bdil ta’ soqfa, manutenzjoni u mmodernizzar mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada.
Ix-xogħolli qed isir fl-iskejjel primarji ta’ San Bastjan f’Ħal-Qormi hu fil-fatt it-tieni fażi tax-xogħlijiet li bdew is-sajf li għadda fejn inbidlu is-soqfa ta’ sitt klassijiet, saret sistema ġdida tad-dawl fil-klassijiet u aperturi ġodda interni u esterni.
Danis-sajf, malli spiċċat is-sena skolastika, beda x-xogħol biex tneħħew is-soqfa ta’ tmien klassijiet oħra.  Meta jerġa’ jitpoġġa s-saqaf il-ġdid jibda x-xogħol biex il-kmamar jiġu modernizzati u mgħammra biex f’Settembru li ġej jilqgħu fihom it-tfal.  Xogħol ieħor li qed isir f’din l-iskola jinkludi xogħol fuq żewġ xaftijiet għal-liftijiet ġodda li se jiġu installati wieħed f’kull skola biex iż-żewġ skejjel ikunu aċċessibbli għal persuni b’diżabilità.
Il-Ministrusemma wkoll xogħol simili li qed isir fl-iskola primarja tas-Siġġiewi fejn inbidlu is-soqfa kollha u nbena sular ieħor fuq l-iskola kollha.  Fl-iskola tas-Siġġiewi ser jibda x-xogħol fuq il-bini ta’ Sala multi-użu li tista’ tintuża kemm b’mod tradizzjonali kif ukoll għall-isport.
Qedjinbidlu wkoll is-soqfa fl-iskola primarja taż-Żejtun.  F’din l-iskola qed isir ukoll xogħol biex jinbidlu l-faċilitajiet sanitarji u jiġu stallati faċilitajiet sanitarji oħrajn għal persuni b’diżabilità.  L-FTS ħasbet ukoll biex l-iskola ikollha klinika ġdida, kmamar għat-tagħlim tal-PSD, u lift għal aċċessibilità.
Xogħlijietstrutturali oħrajn qed isiru fl-iskola primarja tal-Mellieħa.  F’din l-iskola qed jinbidlu l-blajjet li kellhom problemi strutturali u qed jinbidlu wkoll l-aperturi esterni.  Wara li jitlesta x-xogħol strutturali se jsir xogħol ta’ finitura.
Xogħlijietoħrajn qed isiru fl-iskejjel primarji ta: B’Kara ‘B’; San Gwann ‘B’; Żebbuġ ‘A’ u ‘B’; Bormla; Birgu; Gżira; Fgura ‘B’; Qrendi u Kirkop; u f’dawk sekondarji tal-Ħamrun Dun Ġużepp Żammit Brighella Junior Lyceum; Ħamrun, Maria Reġina; Ħamrun, Maria Assunta; B’Kara, Borg Brared; Żejtun Carlo Diacono;  Żebbuġ Dun Karm Psaila u dawk speċjali tal-Ħamrun - Guardian Angel u Qrendi - Hellen Keller; Xogħlijiet oħrajn qed isiru f’diversi skejjel oħra.
Il-MinistruLouis Galea sostna li l-Gvern qed jagħti viżjoni u strateġija qawwija għall-edukazzjoni f’Malta.  Kif fisser il-Prim Ministru Lawrence Gonzi fid-Dokument ta’ Qabel il-Budget, li nieda s-Sibt li għadda, il-Gvern irid li l-edukazzjoni tkun fost l-aqwa inċentivi għall-investiment u t-tkabbir ekonomiku.  “Hu għalhekk li l-Prim Ministru poġġa l-edukazzjoni bħala l-ogħla priorità tiegħu.  Il-Gvern qed isostni din il-priorità bi proposti konkreti ta’ tiġdid sħiħ tas-sistema edukattiva kollha u b’investiment qawwi fl-għodda tat-tagħlim u fl-iskejjel.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow