Left arrow Mur Lura

SENSIELA TA’ LAQGĦAT MA’ L-GĦALLIEMA

pr1145
Date Icon 03/08/2005
Numru kbir ta’ għalliema mlew is-salaRobert Samut fil-Furjana għal-laqgħa ta’ informazzjoni mal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Dr. Louis Galea, dwar ir-riformi fl-edukazzjoni.  Il-Laqgħa kienet indirizzata wkoll mid-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni Dr. Cecilia Borg.
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni LouisGalea nieda sensiela ta’ laqgħat ma’ l-għalliema ta’ l-iskejjel ta’ l-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti.  Il-mira ta’ dawn il-laqgħat hi proċess ta’ informazzjoni u diskussjoni dwar ir-riforma fl-edukazzjoni kif imfisser fid-dokument “Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll”.
Tul din il-ġimgħase jsiru sitt laqgħat, filgħodu u filgħaxija, f’Malta fiċ-Ċentru Robert Samut, il-Furjana, waqt li nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Awissu, ser issir laqgħa filgħodu fl-iskola Ninu Cremona fir-Rabat, Għawdex, għal dawk kollha li jgħallmu fl-iskejjel Għawdxin.  L-introduzzjoni għal-laqgħa tal-bieraħ saret minn Dr. Cecilia Borg, Direttur Ġenerali u l-preżentazzjoni saret mill-Ministru Louis Galea.  Għal-laqgħa kien hemm preżenti wkoll is-Segretarju Permanenti, is-Sur Frans Borg.
Id-Direttur Ġenerali Dr. Cecilia Borgintroduċiet il-laqgħa billi fissret li l-kunċett ta’ ‘networking’ hu wieħed posittiv u ta’ benefiċċju għall-iskejjel.  Dr. Borg qalet li bin-‘networking’, l-għalliema ser ikollhom sehem akbar fl-iżvilupp tal-proċess edukattiv tat-tfal li huma jgħallmu.  “In-networking għandu jkun l-iżvilupp l-aktar naturali biex l-għalliema ta’ skejjel differenti jaħdmu flimkien għall-ġid tat-tfal”.
Il-Ministru Galea fisser li dan huwamument importanti għall-edukazzjoni f’Malta.  Huwa mument fejn qed isiru proposti mibnija fuq is-sisien sodi li seħħew fil-passat.  Hu qal li sistema edukattiva tajba tibni fuq is-sod li ssib, biex iġġib titjib fil-kwalità.  Il-Ministru Galea wera l-apprezzament tiegħu għall-attendenza numeruza u l-impenn ta’ l-edukaturi fi żmien il-vaganzi.  Louis Galea tenna li kull edukatur huwa ħolqa importanti f’dan l-iżvilupp u kulħadd għandu sehem x’jagħti fit-titjib tas-sistema.  Hekk kif l-iskejjel ta’ l-Istat jintisġu f’Kulleġġi l-edukaturi, l-istudenti u l-ġenituri se jibdew iħossu b’mod prattiku l- benefiċċji li jinkisbu meta l-iskejjel jaqsmu l-idejat, ir-riżorsi u metodi ta’ tagħlim.
Il-Ministru spjega kif waqt li l-għalliemase jkollhom aktar appoġġ u taħriġ aktar immirat lejn il-bżonnijiet ta’ l-istudenti li jgħallmu, l-istudenti se jgawdu minn programmi edukattivi mibnija aktar skond il-ħiliet tagħhom.  “L-iskop ewlieni dejjem għandu jkun li noffru esperjenza edukattiva lil kull student Malti u Għawdxi bl-anqas skossi possibbli u ta’ l-ogħla kwalità” qal il-Ministru Galea.
Il-Ministru Galea qal li s-sistematal-Kulleġġi hi maħusba biex iżżid l-awtonomija fl-iskejjel.  Għalkemm ma jkunx ghaqli li kull skola ta’ l-Istat timxi għal rasha, jagħmel sens li gruppi ta’ skejjel minsuġin f’Kulleġġi jkollhom il-possibiltà li jieħdu aktar it-tmexxija f’idejhom skond il-bżonnijiet ta’ l-istudenti li jattendu dak il-Kulleġġ partikolari.  Din żgur se tirriżulta f’burokrazija anqas għaliex l-iskejjel jkunu jistgħu jagħmlu ħafna deċiżjonijiet ta’ kuljum huma stess.
Fi tmiem il-laqgħa,l-għalliema preżenti kellhom l-opportunità li jagħmlu l-kummenti tagħhom dwar il-proposti mfasslin fid-dokument “Biex Uliedna Jirnexxu Ilkoll”.  Il-Ministru Galea saħaq fuq l-importanza li fis-sistema edukattiva t-tibdil jiġi maħsub u maħdum pass pass, bil-mira li l-ġid u l-progress ta’ l-istudent ikun iċ-ċentru ta’ kull bidla li titwettaq.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow