Left arrow Mur Lura

TNEDIJA TAL-PREMJU ANZJAN TAS-SENA

pr1144
Date Icon 03/08/2005
Is-SegretarjuParlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Helen D’Amato, illum ħabbret li din is-sena wkoll ser jerga’ jingħata l-premju “Anzjan tas-Sena”. Din hija t-tnax-il darba li qed jingħata dan il-premju. B’differenza fuq snin oħra, din is-sena se jiġu kkunsidrati wkoll koppji li jikkwalifikaw għal dan il-premju.
Is-SegretarjuParlamentari fakkret li l-ewwel ta’ Ottubru huwa l-jum dinji ddedikat lill-anzjani – kif iddikjarat minn Nazzjonijiet Uniti. L-attivitajiet li ser jorganizza s-Segretarjat Parlamentari biex ikun imfakkar il-Jum Dinji ta’ l-Anzjani, jilħqu l-qofol tagħhom b’serata apposta nhar l-14 ta’ Ottubru fit-Teatru ta’ San Vincenz.

L-Onor. D’Amato spjegat li s-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità jagħti dan il-premju bħala rikonoxximent xieraq lil dik il-persuna anzjana jew koppja, li bil-mod ta’ kif iżommu ruħhom attivi, qed ikunu ta’ mudell u ispirazzjoni għall-anzjani jew koppji oħra, f’ soċjetà mibnija fuq l-interdipendenza, solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, fejn l-anzjani jkunu ntegrati f’kull qasam tas-soċjetà Maltija, kif ukoll nimpenjaw ruħna favur min hu l-aktar fil-bżonn. L-Onor. Helen D’Amato ħeġġet biex għaqdiet volontarji, Parroċċi u Kunsilli Lokali jinnominaw anzjani għal dan il-premju, sabiex b’hekk nuru apprezzament u rikonoxximent għal hafna xogħol volontarju li jkun qed isir fis-socjetà tagħna.  

Fil-fatt dan il-premju jirrikonoxxi lil dik il-persuna / lil dawk il-persuni:  

·     Li jkunu taw servizz b’mod volontarju ma’ min ikun jeħtieg, jew  

·     Li bil-karattru tagħhom huma ta’ ispirazzjoni għal anzjani oħra, jew  

·     Li jkunu responsabbli lejn u seddqu l-ambjent ta’ l-anzjani; li jiżviluppaw kemm il-kultura ġenerali kif ukoll personali; li jaħdmu biex ma jintilifx wirt missirijietna; li jippromwovu s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u jgħixu ħajja li tikkontribwixxi għal ħajja aħjar tal-komunità b’mod ġenerali.  

L-Onor. D’Amato kompliet tgħid li għal dan il-premju jistgħu jiġu nominati individwi jew koppji, ċittadini Maltin li, sa l-aħħar ta’ din is-sena jkunu għalqu l-età ta’ l-pensjoni, u li normalment jgħixu Malta jew Għawdex.  

Biexjintagħżel l-Anzjan tas-Sena, ġie mwaqqaf bord ta’ l-għażla, li għandu r-responsabbiltà li jilqa’ l-applikazzjonijet, u li jagħzel l-anzjan, anzjana jew koppja li ħaqqhom jingħataw dan il-Premju prestiġjuż.
Il-Bordta’ l-Għażla jikkonsisti minn:
Chairperson:Ms. Cecilia Xuereb
Membri:Mr Angelo Fenech                    Prof. Fredrick Fenech                    Ms. Lilian Miceli Farrugia                    Ms. Josephine Saliba                    Fr. Victor Zammit Mc Keon
Segretarju:Jesmond Schembri
Aktarinformazzjoni u formoli għan-nominazzjonijet jistgħu jinġabru mingħand is-Segretarju tal-Bord, fl-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, 15 Triq il-Merkanti, Valletta u d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, Pjazza San Franġisk, Victoria, Għawdex u għandhom jittieħdu bl-idejn sa mhux aktar tard minn nofs inhar tal-Ġimgħa 16 ta’ Settembru 2005. Tingħata riċevuta għal kull nominzzjoni.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow