Left arrow Mur Lura

Implimentazzjoni tal-Politika tal-Gvern favur is-self employed u negozji ġodda

pr1141
Date Icon 02/08/2005
L-Għaqdietli jirrappreżentaw lis-settur kummerċjali ffirmaw ftehim li jindika l-impenn li ser jaħdmu flimkien biex jimplimentaw il-Pjan ta’ Ħidma b’risq l-iżvilupp ta’ Politika Imprenditorjali lejn in-Negozji Żgħar, u sabiex ikunu magħrufa l-prijoritajiet li fuqhom ser issir ħidma li twieġeb ghal ħtiġijiet tas-self employed u negozji żgħar.
Metandirizza lill-istampa preżenti, is-Segretarju Parlamentari Vassallo qal li: “permezz ta’ dan il-ftehim li qiegħed jiġi ffirmat illum bejn dawn l-għaqdiet tan-Negozji Żgħar u s-Self Employed qed nikkonfermaw l-impenn f’ħidma b’sinerġija bejnietna lkoll favur is-settur tas-self employed u sidien ta’ negozji żgħar. Illum qed naraw żvilupp ġdid fil-Politika Imprenditorjali ta’ pajjiżna.  Il-ħidma tal-Gvern favur in-Negozji Żgħar u s-Self Employed m’hijiex ser tibqa waħda iżolata, imma ser tibda tkun waħda kollettiva, flimkien ma’ l-għadqiet tan-Negozji.  Is-Segretarjat tiegħi, tul is-sena li ġejja, ser ikun qiegħed isaħħaħ il-parteċipazzjoni u l-konsultazzoni man-negozji u l-għaqdiet tagħhom.  B’hekk, in-negozji f’pajjiżna ser ikollhom rappreżentanza sinċiera min-naħa tal-Gvern li qed ipoġġi lill-intrapriżi ż-Żgħar fuq nett fil-lista ta’ prijoritajiet tal-ħidma tiegħu għaż-żmien li ġej.”
Il-Kamratal-Kummerċ, il-Federazzjoni ta’ l-Industrija, il-GRTU, l-Għaqda ta’ min iħaddem (MEA), l-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u Restoranti (MHRA) u l-Malta Institute of Management (MIM), jappoġjaw il-Pjan ta’ Ħidma tas-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed bit-titlu ta’ ‘BL-IŻVILUPP TA’ L-IMPRENDITORIJA F’PAJJIŻNA, INSOSTNU N-NEGOZJU U NOĦOLQU IMPJIEGI ĠODDA’, li għadu kif ġie ppublikat għas-sena ta’ ħidma 2005/2006.
Permezzta’ dan il-ftehim l-għaqdiet tan-Negozji ser ikunu qed jaħdmu mas-Segretarjat għan-Negozji ż-Żgħar u s-Self Employed fuq numru ta’ inizjattivi fosthom li:

- Jissaħħaħ il-Proċess ta’ Konsultazzjoni man-negozji u s-self employed fuq kull liġi jew direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea, qabel dawn jiġu mplimentati f’pajjiżna;  

- Ikomplu jiġu rijorganizzati ż-Żoni Industrijali li ma’ jaqghux taħt ir-responsabbilta’ tal-Malta Enterprise sabiex l-ambjent u l-infrastruttura li fih jaħdmu n-negozji u l-impjegati tagħhom ikompli jiġi mtejjeb sabiex dawn joperaw aħjar;  

- Isiru kampanji informattivi bħal dawk ta’ saħħa u sigurta’, ambjent, u innovazzjoni sabiex ristoranti u bars f’żoni turistiċi, jkunu mgħarrfa dwar dak li hu mistenni minnhom;  

- Jinħoloq Panel ta’ Effiċenza sabiex dawk l-Awtoritajiet u Dipartimenti tal-Gvern li joffru servizz effiċjenti lin-negozji żgħar, jiġu rikonoxxuti għax-xogħol tajjeb li huma jagħmlu sabiex b’hekk, aktar awtoritajiet jiġu mħajra ikunu aktar effiċjenti fis-servizzi tagħhom lejn is-settur privat; u  

- Jiġu mlaqqa’ persuni b’abiltajiet imprenditorjali ma’ persuni li għandhom l-investiment sabiex b’hekk ikunu qed jiġu nkoraġġiti proġetti bi sħab kemm fuq livell lokali kif ukoll ma’ sħab oħra barra minn Malta .  

Prezenti għal din il-Konferenza ta’ l-Aħbarijiet kien hemm ukoll is-Sur Paul Abela - President tal-GRTU, is-Sur Adrian Bajada - President tal-FOI, is-Sur Louis Apap Bologna – President tal-Malta Chamber of Commerce, is-Sur Pierre Fava –Viċi President tal-Malta Employers Association, is-Sur Justin Zammit Tabona - President tal-Malta Hotels and Restaurants Association, u s-Sur Lawrence Mizzi - Viċi President tal-Malta Institute of Management.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow