IMĠEDDED IŻ-ŻMIEN GĦALL-KWESTJONARJU TAD-DIPARTIMENT TA’ L-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI
pr1139
01/08/2005
| Id-Direttur | għall-Akkomodazzjoni Soċjali javża lil dawk li għandhom applikazzjoni pendenti u li rċevew kwestjonarju biex jimlewh, illi qed iġedded iż-żmien biex dan jintela’ u jintbagħat fi ħmistax il-ġurnata oħra. |
| Għalhekk | dawk li għadhom ma rrispondewx, huma mħeġġa jagħmlu dan sal-15 t’Awissu 2005. Dawk li jonqsu u jibqgħu ma jirrispondux, jiġu kkunsidrati li m’għadhomx interessati u tingħalaq l-applikazzjoni tagħhom. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946