Opportunitajiet ġodda għal taħriġ fl-arti
pr1136
30/07/2005
| Id-Dancecentre, | fi sforz li jħajjar udjenza akbar lejn l-arti tal-ballet f’dawl totalment innovattiv, qed jippreżenta produzzjoni ġdida fil-Kulleġġ San Alwiġi fit-30 ta’ Lulju. |
| Il-produzzjoni | għandha l-iskop li tippreżenta l-esperjenza tal-ballet bħala proċess ta’ tagħlim u żvilupp, mill-eżerċizzji bażiċi li jagħmlu t-tfal meta jibdew jitħarrġu fil-ballet sakemm jaslu biex jipparteċipaw fi produzzjonijiet f’teatri madwar id-dinja. |
| Din | il-produzzjoni, fi tlett Atti, hi taħt it-tmexxija ta’ Joanna Casabene, direttur artistiku ta’ Dancecentre. Fost l-istudenti, se jipparteċipaw Brenda Lee Grech li bħalissa qed titħarreġ fit-Teatro di Ballo alla Scala ta’ Milan , li hi waħda mill-iskejjel ewlenin tal-ballet, u Dorian Mallia, li qed tistudja fl-iskola Ċentrali tal-Ballet f’Londra. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech ippreżenta premjijiet wara din il-Wirja tas-Sajf, organizzata mid-Dancecentre. Hu feraħ lill-istudenti kollha tal-wirja tagħhom, lill-għalliema u lid-direttur artistiku Joanne Casabene. |
| “Fejn | tidħol l-arti f’Malta għandna talenti kbar li jispikkaw fil-mużika u ż-żfin. Dan għaliex it-tfal tagħna jitgħallmu minn żgħar biex ikattru t-talenti tagħhom u jingħataw l-opportunita’ li jitkejlu ma’ tfal u żgħażagħ oħra permezz ta’ wirjiet bħal dawn tal-lejla. Illum it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna għandhom ukoll l-opportunita’ li jissuktaw bit-tagħlim barra l-pajjiż, kif jixhdu tnejn mill-istudenti li ħadu sehem fil-wirja tal-lum,” qal il-Ministru Francis Zammit Dimech. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li l-qasam turistiku kien ukoll jagħti opportunita’ lill-Maltin biex ikomplu jkabbru t-talenti artistiċi tagħhom għaliex dawn setgħu jagħmlu karriera anke bħala riżultat tat-talba kontinwa li jkun hemm mis-settur turistiku, għall-parteċipazzjoni tagħhom f’wirjiet u produzzjonijiet. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946